Bologna Football Club 1909, magħrufa sempliċement bħala Bologna, huwa klabb tal-futbol Taljan ibbażat f'Bolonja, Emilia-Romagna, iffurmat fl-1909 (riformat fl-1993). Il-klabb huwa mlaqqam rossoblù minħabba l-flokkijiet strixxati ħomor u blu li jilbes. L-aħmar u blu huma l-kuluri uffiċjali tal-belt.
Matul l-istorja tiegħu, il-klabb rebaħ il-kampjonat Taljan seba' darbiet. Il-klabb huwa s-sitt l-aktar tim suċċessiv fil-kampjonat. Bologna FC ġew promoss għas-Serie A mill-istaġun 2008–09, wara li kienu ilhom fl-ogħla diviżjoni mill-istaġun 2004–05.
Storja
Il-formazzjoni tal-Bologna Football Club' kienet orkestrata minn Emilio Arnstein, l-Awstrijak li sar interessat fil-futbol fl-università ta' Vjenna u Praga. Hu u ħuh kienu preċedentement ħolqu klabb tal-futbol, Black Star, fl-Awstrija.
Il-klabb kien fundat fit-3 t'Ottubru 1909, fil-belttat-Tramuntana tal-Italja Bolonja. Ftit mill-formazzjoni, Carlo Sandoni kien l-isponsor tal-klabb u l-maniġer ġenerali, l-iżvizzeru Louis Rauch sar president, Guido Della Valle kien il-viċi-president, Enrico Penaglia segretarju, Sergio Lampronti kaxxier, filwaqt li Emilio Arnstein u Leone Vincenzi inħatru kunsilli.
Fl-20 ta' Marzu, 1910, il-Bologna lagħbu logħba l-ewwel tagħhom, kontra Virtus, li libsu flokkijiet bojod. Il-Bologna rebħu l-avversarji tagħhom bi skor kbir ta 9-1. L-ewwel nies tal-iskwadra kienu; Koch, Chiara, Pessarelli, Bragaglia, Guido Della Valle, Nanni, Donati, Rauch, Bernabeu, Mezzano, and Gradi.
L-istaġun formattiv tagħhom intefaq fil-kampjonat reġjonali taħt Arrigo Gradi bħala kaptan, Bologna rebħu l-kampjonat tagħhom billi kisbu l-promozzjoni għal kampjonat jismu Group Veneto-Emiliano. Huma qattgħu erba' staġuni f'dan il-kampjonat, qatt ma spiċċaw inqas mill-5 post. Bologna kienu daħlu fin-Northern League qabel l-ewwel kampjonati tal-futbol li ġew posposti minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Storja Presidenzjali
Bologna kellhom presidenti numerużi matul il-kors ta 'l-istorja tagħhom, li wħud minnhom kienu s-sidien tal-klabb, oħrajn kienu presidenti onorarji. Hawnhekk hawn lista kompleta ta 'presidenti Bologna minn 1909 sal-lum.[1]
Isem
Snin
Louis Rauch
1909–10
Pio Borghesani
1910
Emilio Arnstein
1910
Domenico Gori
1910–12
Rodolfo Minelli
1912–15
Arturo Gazzoni (President onorarju)
1916–18
Rodolfo Minelli
1918–19
Cesare Medica
1919–21
Angelo Sbarberi
1921–22
Antonio Turri
1922
Ruggero Murè (President onorarju)
1923
Enrico Masetti
1923–25
Paolo Graziani
1925–28
Gianni Bonaveri
1928–34
Renato Dall'Ara
1934–64
Luigi Goldoni
1964–68
Isem
Snin
Raimondo Venturi
1968–70
Filippo Montanari
1970–72
Luciano Conti
1972–79
Tommaso Fabbretti
1979–83
Giuseppe Brizzi
1983–85
Luigi "Gino" Corioni
1985–91
Piero Gnudi
1991–93
Giuseppe Gazzoni Frascara
1993–02
Renato Cipollini
2002–05
Alfredo Cazzola
2005–08
Francesca Menarini
2008–10
Sergio Porcedda
2010
Massimo Zanetti
2010–11
Marco Pavignani
2011
Albano Guaraldi
2011–
Storja maniġerjali
Bologna kellhom ħafna maniġers u l-ħarrieġa, xi staġuni huma kellhom ko-maniġers li jmexxu l-iskwadra. Hawnhekk hawn lista kronoloġika minnhom mill-1920 'il quddiem.[2]