Jonny Evans

Jonny Evans

Jonny Evans fl-2019
Informazzjoni personali
Isem sħiħJonathan Grant Evans
Twelid2 ta' Jannar 1988 (1988-01-02) (36 sena)
BelfastIrlanda ta' Fuq
Tul1.89 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliLeicester City
Numru6
Mixtliet
2004–2006Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2015Manchester United
2006→ Royal Antwerp (self)
2006–2007→ Sunderland (self)
2008→ Sunderland (self)
2015–2018West Bromwich Albion
2018–Leicester City
Tim nazzjonali
2006–Irlanda ta' Fuq

Jonathan Grant Evans (twieled fit-2 ta' Jannar 1988) huwa plejer tal-futbol Nord-Irlandiż li jilgħab ma' Leicester City.

Karriera

Evans beda l-karriera tiegħu ma' Greenisland FC, qabel ma fis-sajf tal-2006 ingħaqad ma' Manchester United. Suċċessivament mar taħt self ma' Royal Antwerp u ma' Sunderland, qabel ma reġa' ngħaqad ma' Manchester United fis-sajf tal-2007. Evans iddebutta mal-ewwel tim ta' Manchester United fil-League Cup 2007–08 u lagħab ukoll fil-UEFA Champions League. Madanakollu, f'Jannar tal-2008, intbagħat għal darb'oħra taħt self lit-tim ta' Sunderland biex jakkwista aktar esperjenza. Lura lejn Manchester, Evans għamel id-debutt fil-kampjonat Ingliż fil-21 ta' Settembru 2008 fil-partita kontra Chelsea, meta ħa post is-Serb Nemanja Vidić li kien sospiż. Il-partita spiċċat 1–1.[1] F'Diċembru 2008, Evans għamel żewġ preżenzi bħala sostitut bil-flokk ta' United fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fosthom fil-finali fejn daħal ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima wara t-tkeċċija ta' Nemanja Vidić. Evans kompla jżid fil-preżenzi fil-kampjonat u fil-finali tal-League Cup.

Fuq il-lat internazzjonali, minkejja li kien għadu ma deherx f'ebda partita mat-tim ta' Manchester United, Evans ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba f'Settembru tal-2006, fejn iddebutta fir-rebħa memorabbli ta' 3–2 fuq Spanja.[2] Minn dakinhar, Evans żamm post regulari fl-iskwadra.

Statistika tal-karriera

Klabb

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn[3] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Royal Antwerp (self) 2006–07 11 2 3 0 14 2
Total 11 2 3 0 14 2
Sunderland (self) 2006–07 18 1 1 0 0 0 19 1
2007–08 15 0 1 0 0 0 16 0
Total 33 1 2 0 0 0 35 1
Manchester United 2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
2007–08 0 0 0 0 1 0 2 0 0 0 3 0
2008–09 17 0 3 0 5 0 7 0 2 0 34 0
2009–10 18 0 1 0 5 0 3 0 1 0 28 0
2010–11 13 0 2 0 2 0 3 0 1 0 21 0
2011–12 27 1 1 0 1 0 8 0 1 0 38 1
2012–13 23 3 2 0 0 0 4 1 30 4
Total 100 4 9 0 14 0 27 1 5 0 156 5
Total tal-karriera 137 7 13 0 14 0 27 1 5 0 196 8

Korretti sad-19 ta' Mejju 2013[4]

Internazzjonali

Tim nazzjonali tal-Irlanda ta' Fuq
Sena App Gowls
2006 3 0
2007 5 0
2008 7 0
2009 5 1
2010 4 0
2011 4 0
2012 3 0
Total 31 1

Statistika preċiża mis-6 ta' Ottubru 2012.[5]

Unuri

Klabb

Sunderland
  • Football League Championship: 2006–07
Manchester United

Referenzi

  1. ^ McNulty, Phil (2008-09-21). "Chelsea 1-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-12-02.
  2. ^ "Northern Ireland 3-2 Spain" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-09-06. Miġbur 2007-12-19.
  3. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħra, fosthom l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
  4. ^ Andrew, Endlar. "Jonny Evans". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2011-03-08.
  5. ^ "Jonny Evans International". National-Football-Teams.com (bl-Ingliż). Miġbur 2011-03-08.

Ħoloq esterni

  • Jonny Evans fuq Soccerbase Immodifika fuq Wikidata
  • Profil fuq is-sit uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Nord-Irlandiża