Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Afrika t'Isfel
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Afrika t'Isfel irratifikat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Lulju 1997, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Afrika t'Isfel fl-1999 huma s-Siti tal-Fossili tal-Ominidi tal-Afrika t'Isfel u l-Park tal-Art Mistagħdra ta' iSimangaliso, filwaqt li l-iżjed siti li tniżżlu reċentement mill-Afrika t'Isfel huma l-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton fl-2018 kif ukoll Drittijiet tal-Bniedem, Ħelsien u Rikonċiljazzjoni: Siti tal-Legat ta' Nelson Mandela u l-Emerġenza tal-Imġiba tal-Bniedem Modern: is-Siti tal-Okkupazzjoni tal-Afrika t'Isfel fil-Plejstoċen fl-2024. Mill-2024, l-Afrika t'Isfel b'kollox għandha 12-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, seba' kulturali, erba' naturali u wieħed imħallat.
Siti ta' Wirt Dinji
L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Siti tal-Fossili tal-Ominidi tal-Afrika t'Isfel | Sterkfontein | kulturali:
(iii), (vi) |
1999 | Fl-inħawi hemm diversi siti tal-fossili li fihom traċċi tal-okkupazzjoni u tal-evoluzzjoni umana li jmorru lura xi 3.3 miljun sena.[5] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Mapungubwe | Provinċja ta' Limpopo | kulturali:
(iii), (iv), (v) |
2003 | Dan il-pajsaġġ tas-savanna fil-beraħ fil-konfluwenza tax-xmajjar Limpopo u Shashe kien il-qalba tar-Renju ta' Mapungubwe sas-seklu 14, meta mbagħad ġie abbandunat, u tħallew fdalijiet mhux mimsusa ta' palazzi u ta' insedjamenti.[6] | |
Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld | Kap tat-Tramuntana | kulturali:
(iv), (v) |
2007 | Dan id-deżert muntanjuż għandu sjieda u ġestjoni komunali. Isostni l-għajxien pastorali seminomadiku tal-poplu Namaqua, inkluż il-migrazzjonijiet staġonali li ilhom jippersistu għal żewġ millenji.[7] | |
Gżira ta' Robben | Table Bay | kulturali:
(iii), (iv) |
1999 | Bejn is-sekli 17 u 20, il-gżira ntużat bħala ħabs, inkluż għal priġunieri politiċi, bħala sptar għall-gruppi soċjalment inaċċettabbli (kolonja ta' lebrużi), u bħala bażi militari.[8] | |
Żoni Protetti tar-Reġjun tal-Fjuri tal-Kap | Kap tal-Punent u l-Kap tal-Lvant | naturali:
(ix), (x) |
2004 | Is-sit jikkonsisti minn tmien żoni protetti li huma fost l-iżjed rikki fid-dinja bħala speċijiet ta' pjanti, bi kważi 20 % tal-flora totali tal-Afrika. Il-valur xjentifiku joħroġ fid-dieher permezz tal-adattament tal-pjanti għan-nar u għar-radjazzjoni u permezz tat-tixrid taż-żrieragħ mill-insetti.[9] | |
Park tal-Art Mistagħdra ta' iSimangaliso | KwaZulu-Natal | naturali:
(vii), (ix), (x) |
1999 | Il-park fih varjetà ta' artijiet, kif ukoll skolli tal-qroll, bajjiet twal tar-ramel, għaram kostali, sistemi ta' lagi, artijiet bassasa, u artijiet mistagħdra bil-qasab u bil-papiru, ikkawżati minn proċessi fluvjali, marittimi u eoliċi. Dan irriżulta f'diversità eċċezzjonali ta' speċijiet.[10] | |
Krater ta' Vredefort | Vredefort | naturali:
(viii) |
2005 | Il-krater, b'dijametru ta' 190 kilometru (120 mil) huwa l-ikbar u l-eqdem astroblem (krater ikkawżat b'impatt ta' oġġett spazjali) fid-Dinja u l-iżjed wieħed affettwat mill-erożjoni, li jmur lura għal iktar minn żewġ biljun sena.[11] | |
Park ta' Maloti-Drakensberg* | KwaZulu-Natal, l-Afrika t'Isfel u l-Lesoto | imħallat: (i), (iii), (vii), (x) | 2000 | Il-park fih diversi formazzjonijiet bażaltiċi, qċaċet ippuntati drammatiċi, formazzjonijiet tal-ġebel ramli lewn id-deheb, bwar tal-ħaxix għoljin, widien weqfin bix-xmajjar mhux mimsusa u fniedaq tal-blat.[12] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' ǂKhomani | Kap tat-Tramuntana | kulturali: (v), (vi) | 2017 | Il-Pajsaġġ Kulturali ta' ǂKhomani jinsab fil-fruntiera mal-Botswana u man-Namibja fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż, u jmiss mal-Park Nazzjonali ta' Gemsbok tal-Kalahari. Il-medda kbira tar-ramel fiha evidenza ta' okkupazzjoni umana minn Żmien il-Ħaġar sal-preżent u hija assoċjata mal-kultura tal-poplu San ta' ǂKhomani, li qabel kien nomadiku, u mal-istrateġiji li kienu jippermettulhom jadattaw għall-kundizzjonijiet ħorox tad-deżert. Il-poplu żviluppa għarfien etnobotaniku speċifiku, prattiki kulturali u ħarsa lejn id-dinja marbuta mal-karatteristiċi ġeografiċi tal-ambjent tagħhom. Il-Pajsaġġ Kulturali ta' ǂKhomani huwa xhieda tal-istil ta' għajxien prevalenti fir-reġjun u li sawwar is-sit tul eluf ta' snin.[13] | |
Muntanji Makhonjwa ta' Barberton | Mpumalanga | naturali: (viii) | 2018 | Il-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton jirrappreżentaw l-iżjed suċċessjoni ta' blat vulkaniku u sedimentarju ppreservat tajjeb u li jmur lura bejn 3.6 u 3.25 biljun sena, meta l-ewwel kontinenti bdew jiffurmaw fid-Dinja primittiva.[14] | |
Drittijiet tal-Bniedem, Ħelsien u Rikonċiljazzjoni: Siti tal-Legat ta' Nelson Mandela | Gauteng, il-Kap tal-Lvant, KwaZulu-Natal, il-Kap tal-Punent | kulturali: (vi) | 2024 | Dan is-sit huwa magħmul minn 14-il komponent assoċjati mal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem kontra r-reġim tal-Apartheid tal-Afrika t'Isfel f'proċess li eventwalment wassal għall-istabbiliment ta' demokrazija multirazzjali fl-1994. Fost l-iktar attivisti notevoli kien hemm Albert Luthuli, Desmond Tutu, u Nelson Mandela, kollha rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi.[15] | |
Emerġenza tal-Imġiba tal-Bniedem Modern: is-Siti tal-Okkupazzjoni tal-Afrika t'Isfel fil-Plejstoċen | il-Kap tal-Lvant, KwaZulu-Natal, il-Kap tal-Punent | kulturali: (iii), (iv), (v) | 2024 | Abbażi ta' evidenza ġenetika u fossilizzata, anatomikament il-bnedmin moderni żviluppaw minn antenati arkajċi fl-Afrika madwar 200,000 sena ilu. Dan is-sit jinkludi għerien u postijiet imkennija fil-blat li ġew okkupati fi stadji differenti minn soċjetajiet ta' Żmien il-Ħaġar.[16] |
Referenzi
Preview of references
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "South Africa - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fossil Hominid Sites of South Africa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mapungubwe Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Richtersveld Cultural and Botanical Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Robben Island". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cape Floral Region Protected Areas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "iSimangaliso Wetland Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vredefort Dome". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Maloti-Drakensberg Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "ǂKhomani Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Barberton Makhonjwa Mountains". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ "Human Rights, Liberation and Reconciliation: Nelson Mandela Legacy Sites". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.
- ^ "The Emergence of Modern Human Behaviour: The Pleistocene Occupation Sites of South Africa". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.