Pierre de Coubertin

Pierre de Coubertin
2. President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

1896 - 1925
Dimitrios Vikelas (en) Translate - Henri de Baillet-Latour (en) Translate
Ħajja
Isem propju Charles Pierre Frédy de Coubertin
Twelid 7th arrondissement of Paris (en) Translateu Pariġi, 1 Jannar 1863
Nazzjonalità Franza
Mewt Ġinevra, 2 Settembru 1937
Post tad-dfin Bois-de-Vaux Cemetery (en) Translate
Familja
Missier Charles Louis de Frédy, Baron de Coubertin
Omm Marie Marcelle Gigault de Crisenoy
Konjuga/i Marie Rothan (en) Translate
Aħwa
uri
  • Paul Frédy de Coubertin (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater École Libre des Sciences Politiques (en) Translate
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni storiku
pedagoġiku
għalliem
kittieb
referi tar-rugby union
politiku
uffiċjal sportiv
fundatur ta' organizzazzjoni
Mudell:Infobox biography/sport/rugby
Parteċipant
Premjijiet
List
  • Knight Officer of the Order of the Polar Star Knight Officer of the Order of the Polar Star
    Commander of the Order of St. Olav‎ Commander of the Order of St. Olav‎
    Grand Cross of the Order of the Phoenix Grand Cross of the Order of the Phoenix
    Commander First Class of the Order of the White Rose of Finland Commander First Class of the Order of the White Rose of Finland
    Officer of the order Orange-Nassau Officer of the order Orange-Nassau
    2nd Class Order of the Crown 2nd Class Order of the Crown
    Knight of the Order of the Crown (Romania) Knight of the Order of the Crown (Romania)
    Order of the Star of Romania Order of the Star of Romania
    Grand Cross of the Order of Franz Joseph Grand Cross of the Order of Franz Joseph
    Officer of the Order of Leopold II Officer of the Order of Leopold II
    Glory of sport
    World Rugby Hall of Fame  (2007)
    Order of the White Lion 5th Class Order of the White Lion 5th Class
Sħubija Kumitat Olimpiku Internazzjonali
Glory of sport (en) Translate
World Rugby Hall of Fame (en) Translate
Éclaireurs français
Psewdonomu Georges Hohrodu Martin Eschbach

Charles Pierre de Frédy, Baron de Coubertin (imwieled bħala Pierre de Frédy; twieled fl-1 ta' Jannar 1863 – miet fit-2 ta' Settembru 1937) kien edukatur u storiku Franċiż, li waqqaf il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li tiegħu kien it-tieni president. Hu hu magħruf bħala missier il-Logħob Olimpiku modern u kien promotur tal-introduzzjoni tal-isport fl-iskejjel Franċiżi.

Imwieled f'familja aristokratika, hu sar akkademiku u studja numru ta' ħwejjeġ differenti, fosthom l-edukazzjoni u l-istorja. Iggradwa bi grad fil-liġi u l-affarijiet pubbliċi mill-Istitut tal-Istudji Poliċi ta' Pariġi (Sciences Po).[1] Kien fis-Sciences Po li ġietlu l-idea li jerġa' jqajjem il-Logħob Olimpiku.[2]

Il-midalja Pierre de Coubertin hija unur li tingħata mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għal min juri l-ispirtu sportiv waqt l-Olimpjadi.

It-tfulija u żgħożija

Pierre de Coubertin bħala tfajjel ċkejken (fuq il-lemin) ma' waħda minn ħutu, f'pittura minn missieru Charles Louis de Frédy, Baron de Coubertin (dettall minn Le Départ, 1869).

Pierre de Frédy twieled f'Pariġi fl-1 ta' Jannar 1863 bħala r-raba' wild tal-Baruni Charles Louis de Frédy, Baron de Coubertin u Marie-Marcelle Gigault de Crisenoy. Missieru kien realista u pittur ta' fama li l-pitturi tiegħu kienu jidhru u jingħataw bħala premjijiet fis-salon Pariġin. Il-pitturi tiegħu kienu fuq temi ekkleżjastiċi, speċifikament il-Knisja Kattolika, klassiċiżmu u n-nobbiltà, li għalih kienu fost l-aktar affarijiet importanti f'ħajtu.[3] F'awtobijografija nofsha fittizja ta' Coubertin stess bl-isem ta' Le Roman d'un rallié, hu jiddeskrivi kif ir-relazzjoni ma' ommu u missieru bdiet tmur lura fit-tfulija u l-adoloxxenza tiegħu.[4]

Coubertin trabba fi żmien ta' bidla għal Franza: telfa fil-Gwerra Frank-Prussjana, il-Komun ta' Pariġi u t-twaqqif tal-Tielet Repubblika Franċiża.[5] Minkejja dawn l-avvenimenti li kienu l-isfond tat-tfulija tiegħu, l-esperjenzi fl-iskola kienu formattivi wkoll. F'Ottubru tal-1874, il-ġenituri tiegħu kitbuh għal skolja tal-Ġiżwiti ġdida msemmija Externat de la rue de Vienne, li kienet għadha qed tinbena fl-ewwel ħames snin tiegħu hemmhekk. Fl-iskola kien fost l-aqwa tliet studenti tal-klassi, li jissuġġerixxi li minkejja r-ribelljoni li kien juri d-dar, Coubertin adotta sewwa r-regoli stretti tal-edukazzjoni Ġiżwita.[6] Bħala persuna aristokratika, Coubertin kellu numru ta' toroq fejn seta' jimraħ u hu għażel li jsegwi karriera ta' intellettwali, bl-iskop li jistudja u jikteb fuq numru vast ta' suġġetti fosthom l-edukazzjoni, l-istorja, il-letteratura u s-soċjoloġija.[7]

Biblijografija

Referenzi

  1. ^ "128 ans plus tard... Pierre de Coubertin de retour à Sciences Po". Sciences Po Executive Education (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-27.
  2. ^ "Les archives Pierre de Coubertin rejoignent Sciences Po". Archimag (bil-Franċiż). 2014-06-26. Miġbur 2022-08-27.
  3. ^ MacAloon 1981, pp. 8–10.
  4. ^ MacAloon 1981, pp. 24–28.
  5. ^ MacAloon 1981, p. 21.
  6. ^ MacAloon 1981, p. 37.
  7. ^ Hill 1996, p. 5.

Ħoloq esterni