Sligo
Sligo | |
---|---|
Irlanda | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Irlanda |
Province of Ireland | Connacht (en) |
County of Ireland | County Sligo (en) |
Isem uffiċjali |
Sligo Sligeach |
Ismijiet oriġinali |
Sligo Sligeach |
Kodiċi postali |
F91 |
Ġeografija | |
Koordinati | 54°16′00″N 8°29′00″W / 54.2667°N 8.4833°WKoordinati: 54°16′00″N 8°29′00″W / 54.2667°N 8.4833°W |
Lua error in Module:Location_map at line 485: Unable to find the specified location map definition: "Module:Location map/data/Republic of Ireland" does not exist. | |
Superfiċjenti | 30.86 kilometru kwadru |
Għoli | 13 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 19,199 abitanti (2016) |
Informazzjoni oħra | |
Kodiċi tat-telefon |
71 |
Żona tal-Ħin | UTC±0 |
bliet ġemellati | Kempten (en) , Crozon (en) , Illapel (en) u Tallahassee (en) |
sligoborough.ie |
Sligo hija belt żgħira fir-Repubblika ta' l-Irlanda, u dik ewlenija ta' County Sligo. Fl-2006 kienet tgħodd 18 -il elf ruħ. Hija tinsab imdawra b'muntanji u nixxigħat. L-eqreb belt ta' l-istess kobor hija dik ta' Derry fl-Irlanda ta' Fuq, li hija 120 kilometru 'l bogħod.
Nies Magħrufa
Fost l-aktar nies magħrufa li ħarġu minn din il-belt hemm id-direttur tal-films Neil Jordan. Il-poeta William Butler Yeats għadda snin twal fi Sligo, u jinsab midfun f'Drumcliffe, County Sligo.
Ħuh il-pittur Jack Butler Yeats huwa l-artista li l-aktar li ta fama lil din il-belt ċkejkna, meta kien għamel żmien twil ipitter it-toroq u l-port tagħha, kif ukoll il-pajsaġġ tal-madwar.
Biex tasal Sligo
Sligo qiegħda ftit kilometri biss 'il bogħod mill-Irlanda ta' Fuq, għalkemm l-aħjar modi ta' trasport pubbliku huma permezz tal-ferrovija li taħdem tliet darbiet kuljum lejn Dublin via Mullingar. Jekk wieħed irid jasal Derry fl-Irlanda ta' Fuq, l-aħjar jaqbad is-servizz tal-pullman li jitlaq minn Galway u li jieqaf għal ftit ħin fi Sligo.
L-ajruport ta' Sligo huwa ħames kilometri biss mill-qalba tal-belt. Huwa għandu titjiriet diretti lejn Dublin li tieħu 40 minuta u lejn Manchester, li tieħu 80 minuta.