April

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
April
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
26 27 28 29 30 31 1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 1 2 3 4 5 6
Għal użi oħra, ara April (diżambigwazzjoni)

April huwa r-raba' xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, u wieħed minn erba' xhur bi 30 jum. April kien oriġinarjament it-tieni xahar tal-kalendarju Ruman, qabel ma' Jannar u Frar kienu miżjuda mir-Re Numa Pompilius madwar is-sena 700 QK. Dan sar ir-raba' xahar tas-sena tal-kalendarju (fis-sena meta t-tnax ix-xahar kienu mniżżla wara xulxin) matul iż-żmien tal-decemvirs, madwar 450 QK, u dakinhar kien ingħata 29 ġurnata. Is-sors ta' dan l-isem (LatinAprilis) hu nċert. L-etimoloġija tradizzjonali mil-Latin aperire, "tiftaħ", b'referenza għal April bħala l-bidu tal-istaġun meta s-siġar u l-fjuri jibdew "jiftħu", hija msaħħa mill-użu ta' ἁνοιξις ("ftuħ") għar-rebbiegħa fil-Grieg modern. Minħabba li ħafna mix-xhur Rumani kienu msemmija f'ġieħ id-divinitajiet, u billi April kien ikkonsagrat lil Venere u li festa tagħha, l-Festum Veneris et Fortunae Virilis kienet issir fl-ewwel ġurnata, kien suġġerit li Aprilis kien oriġinarjament ix-xahar tagħha Aphrilis, mill-isem Grieg Afrodite (Aphros), jew mill-Etrusk Apru.

L-Anglo-Sassoni kienu jsejħu lil April Oster-monath jew Eostur-monath, il-perjodu mqaddes ta' Eostre jew Ostara, l-allat pagani Sassoni tar-rebbiegħa, li minn isimhom ġejja l-kelma "Easter" għall-Għid modern. Jum San Ġorġ hu fit-tlieta u għoxrin tax-xahar, u lejlet San Mark, bis-superstizzjoni li l-erwieħ ta' dawk li jkunu ħa jmutu matul dik is-sena jidhru jduru fil-knisja, taqa' fl-erbgħa u għoxrin.

April, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Ix-xahar ta' April jibda (astroloġikament) meta x-xemx tkun fis-simbolu ta' Aries u jispiċċa fis-simbolu tal-Barri. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostellazzjoni tal-Ħut u jispiċċa f'dak ta' Aries. April jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Lulju f'kull sena, u Jannar fi snin biżistiti.

Avvenimenti f'April

  • Xahar Nazzjonali tal-Poeti fl-Istati Uniti
  • Ġifa (magħrufa bl-Ingliż bħala April Fools' Day) – 1 ta' April
  • Tmiem is-Sena tat-Taxxa fir-Renju Unit – 5 ta' April
  • Jum Dinji tas-Saħħa – 7 ta' April
  • Araw ng Kagitingan, magħrufa bħala "Baatan Day" fil-Filippini
  • 4:20 – 20 ta' April
  • Patriots' Day – 21 ta' April
  • Jum id-Dinja – 22 ta' April
  • Jum San Ġorġ fir-Renju Unit u l-Ewropa – 23 ta' April
  • Ċelebrazzjoni tal-Indipendenza ta' Conch Republic f'Key West – 23 ta' April
  • ANZAC Day fl-Awstralja u New Zealand – 25 ta' April