Jules Rimet

Jules Rimet
President

1944 - 1949
Henri Jevain (en) Translate - Emmanuel Gambardella (mul) Translate
President

1931 - 1947
Gaston Vidal (en) Translate - Alfred Eluère (en) Translate
3. President tal-FIFA

1921 - 1954
Daniel Burley Woolfall (mul) Translate - Rodolphe Seeldrayers (en) Translate
President

1919 - 1942 - Henri Jevain (en) Translate
President

1897 - 1910
Ħajja
Isem propju Jules Ernest Séraphin Valentin Rimet
Twelid Theuley (mul) Translate, 14 Ottubru 1873
Nazzjonalità Franza
Mewt Suresnes (mul) Translate, 16 Ottubru 1956
Post tad-dfin Cimetière parisien de Bagneux (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Établissement La Rochefoucauld (en) Translate
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni avukat
sports executive (en) Translate
Mudell:Infobox biography/sport/football
Impjegaturi French Football Federation (en) Translate
National Sports Commitee (en) Translate
Red Star F.C. (en) Translate
FIFA
Football association (en) Translate
Premjijiet
List
  • Commander of the Legion of Honour Commander of the Legion of Honour  (1949)
    Croix de guerre 1914–1918 Croix de guerre 1914–1918
    Knight of the Military Order of Christ Knight of the Military Order of Christ
    FIFA Order of Merit  (2004)
    Knight of the Order of Leopold Knight of the Order of Leopold
Nominat għal
uri
  • Premju Nobel tal-Paċi
    (1956)
Servizz militari
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Jules Rimet (twieled fl-14 ta' Ottubru 1873 – miet fis-16 ta' Ottubru 1956) kien amministratur tal-futbol Franċiż li serva bħala t-tielet President tal-FIFA bejn l-1921 u l-1954. It-33 sena f'din il-kariga tagħmlu l-iktar president li dam iservi f'dan ir-rwol. Bejn l-1919 u l-1942 hu kien ukoll President tal-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża. Fuq l-inizjattiva tiegħu seħħet l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Futbol li saret fl-1930.

Żgħożija

Jules Rimet twieled fl-1873 minn Jeanne Augustine Zoé Ramondot (1850–1920) u Jean Baptiste Séraphin Rimet (1839–1921). Għall-bidu kienu jgħixu fil-komun ta' Theuley, fid-dipartiment ta' Haute-Saône fuq il-Lvant ta' Franza, qabel ma marru jgħixu Pariġi fl-1884, meta Jules kellu ħdax-il sena. Kien f'din il-belt li Rimet daq l-ewwel togħma tal-futbol milgħub mit-tfal fit-toroq u kien konvint bil-benefiċċji li l-isport joffri fl-edukazzjoni fiżika u fil-morali taż-żgħażagħ.[1] Hu laħaq avukat u fl-1898 waqqaf rivista Kristjana, Repubblikana u Demokratika, La Revue. Minbarra l-futbol, Rimet kien jiddedika ħinu wkoll għall-poeżija, il-letteratura u l-mużika.[2]

Futbol

Fil-21 ta' Frar 1897, ta' 23 sena, Rimet beda klabb sportiv bl-isem ta' Red Star li kellu l-ideali ta' Rimet, fosthom li ma jkunx hemm diskrimnazzjoni skont il-klassi soċjali tal-membri.[3] Il-futbol kien l-ewwel sport milgħub f'dan il-klabb.[2] Oriġinarjament is-sede kienet f'Pariġi, qrib it-Torri Eiffel, però l-klabb biddel postu numru ta' drabi. Rimet daħal jagħmel parti mill-amministrazzjoni tal-Union des sociétés françaises de sports athlétiques (USFSA) li fl-1904 ħadem sehem fil-fundazzjoni tal-FIFA, bil-bidu jkun fil-kapitali Franċiża. Filwaqt li l-FIFA kienet qed tippjana għall-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni dinjija, taħt il-kappa tal-FA Ingliża, Rimet kien qed jippjana għal kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tal-1908, iddedikat għal plejers dilettanti.[2]

Presidenza tal-Federazzjoni Franċiża u l-FIFA

Bil-wasla tal-professjonaliżmu fl-1907, l-USFSA waqfet tagħmel parti mill-federazzjoni internazzjonali. B'riżultat t'hekk, Rimet, flimkien ma' tliet klabbs minn Pariġi, waqqaf l-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża fl-1910 u ħadet post l-USFSA bħala r-rappreżentanta Franċiża mal-FIFA.[4] Meta Red Star ittrasferew f'Saint-Ouen, Rimet ħalla d-direzzjoni tal-iskwadra.[5]

Matul l-L-Ewwel Gwerra Dinjija hu serva mal-armata Franċiża fejn ġie maħtur bħala kaptan tal-kavallerija u ngħata wkoll l-Croix de Guerre. Fi tmiem il-kunflitt, fil-11 ta' April 1919, ġie elett President tal-Federazzjoni Franċiża. Sentejn wara, fl-1 ta' Marzu 1921, ġie elett President tal-FIFA.[2][6] Fir-rwol tiegħu bħala president hu ħadem sabiex permezz tal-FIFA jgħaqqad il-"familja l-kbira tal-futbol" madwar id-dinja kollha. Għal din ir-raġuni, matul il-presidenza tiegħu, kien żamm lura milli jsostni l-iżvilupp ta' federazzjonijiet kontinentali, fosthom fl-Ewropa (permezz tal-UEFA), minħabba li kien jarahom bħala theddida kontra l-għaqda ta' din il-"familja".[1] Hu beda jaħdem għall-organizzazzjoni ta' kampjonat dinji miftuħ għall-professjonisti, minkejja r-riluttanza ta' sostenituri tal-dilettantiżmu bħal Pierre de Coubertin,[4] fundatur tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.[2]

Wara s-suċċess tal-turnej Olimpiċi tal-1924 u l-1928, Rimet ippropona kampjonat dinji taħt l-awspiċju tal-FIFA matul il-kungress ta' Amsterdam tal-1928. Dan seħħ fl-1930 meta l-Urugwaj ospitat l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.[7] Ħafna mit-timijiet Ewropej ilmentaw bid-distanza li kellhom jivvjaġġaw u kienu Franza, il-Belġju, ir-Rumanija u l-Jugożlavja l-uniċi Ewropej li ħadu sehem.[8] Il-kampjonat kien wieħed ta' suċċess kemm fuq livell sportiv u anke dak kummerċjali.

It-tieni edizzjoni tal-1934 ġiet trażmessa għall-ewwel darba fuq ir-radju. Din saret fl-Italja Faxxista ta' Benito Mussolini, li uża dan il-kampjonat biex jippromwovi r-reġim tiegħu; din kienet xi ħaġa li Rimet kien akkużat li injora.[2] Fl-edizzjoni suċċessiva ġewwa Franza saret ukoll taħt sfond politiku: l-Awstrija kienet annessa mill-Ġermanja Nażista u kellha tirrifjuta milli tipparteċipa. Il-Ġermaniżi lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Iżvizzera u taw is-salut Nażist li rċieva l-kritika.

Fl-1954, qabel il-bidu tal-ħames edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, Rimet irtira mill-presidenza tal-FIFA li minn 12-il membru kienet telgħet għal 85, u sar president onorarju.[9] L-isforzi tiegħu matul is-snin wasslu sabiex jiġi nominat għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-1956, però l-ġurija rrifjutat u l-premju ma ngħata lil ħadd.[2]

L-aħħar snin u legat

Place Jules-Rimet, pjazza imsemmiha wara Jules Rumet

Rimet miet fis-16 ta' Ottubru 1956 f'Suresnes fi Franza, jumejn wara għeluq it-83 sena[2] u hu midfun fis-Cimetière parisien de Bagneux.

Fl-1946, it-trofew tat-Tazza tad-Dinja, li kienet statwa tad-deheb skolpita minn Abel Lafleur, ġiet imsemmiha bħala t-Trofew Jules Rimet ad unur tiegħu.[9] Mill-1930 sal-1970, it-timijiet nazzjonali rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jżommu t-trofew għall-erba' snin ta' wara. Kien biss fl-1970, wara t-tielet rebħa tal-Brażil, li huma rċevew it-trofew b'mod permanenti.[1]

Fl-1998, fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 li saret fi Franza, f'Pariġi ssemmiet pjazza wara Jules Rimet, qrib l-istadju tal-Parc des Princes.[10] Matul it-Tazza tad-Dinja tal-2006, madwar ħamsin sena wara l-mewt ta' Rimet, ix-xarabank uffiċjali tat-tim nazzjonali Franċiż kien juri l-kliem: Liberté, Égalité, Jules Rimet. Fil-komun fejn twieled, fi Theuley, tinsab statwa ta' Rimet f'nofs kaxxa tal-penalty.[2]

Referenzi

  1. ^ a b ċ "Jules Rimet" (bl-Ingliż). Oxford Reference. Miġbur 2022-08-22.
  2. ^ a b ċ d e f ġ g "Jules Rimet: The man who kicked off the World Cup" (bl-Ingliż). The Independent. 2006-05-05. Miġbur 2022-08-22.
  3. ^ Collectif (1999). Red Star histoire d'un siècle (bil-Franċiż). Pariġi: Red Star. p. 12. ISBN 2-9512562-0-5.
  4. ^ a b Chenal, Yves. "Jules Rimet (1873 - 1956) - Le football pour tous". herodote.net (bil-Franċiż).
  5. ^ "Jules Rimet, fondateur visionnaire" (bil-Franċiż). Red Star FC. 2010-04-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2022-08-22.
  6. ^ "History of FIFA - More associations follow" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-08. Miġbur 2022-08-22.
  7. ^ Bezbakh, Pierre (2010-06-14). "1930 : Jules Rimet crée la Coupe du monde de foot" (bil-Franċiż). Le Monde. Miġbur 2022-08-22.
  8. ^ "Histoire de la FIFA - Les prémices de la Coupe du Monde de la FIFA" (bil-Franċiż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-07-26. Miġbur 2022-08-22.
  9. ^ a b "Jules Rimet" (bil-Franċiż). Encyclopædia Universalis. Miġbur 2022-08-22.
  10. ^ "place Jules Rimet". paris.fr (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-08-22.

Ħoloq esterni