KAA Gent

KAA Gent
Isem sħiħ Koninklijke Atletiek Associatie Gent
Ismijiet oħra De Buffalos (Il-bufli)
Fundazzjoni 1864
Grawnd Ghelamco Arena, Ghent
Proprjetarju Ivan De Witte (en) Translate
President Ivan De Witte (en) Translate
Kowċ Danijel Miličević (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Koninklijke Atletiek Associatie Gent (Royal Athletic Association Ghent), spiss magħrufa sempliċement bħala Ghent jew mill-laqam tagħhom De Buffalo's, huwa klabb Belġjan li jofri tipijiet ta' sport speċjalment futbol, huwa bbażat fil-belt ta' Ghent. Dawn ilhom jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-istaġun 1989–90. L-aħjar riżultat tagħhom fil-kampjonat kien fit-tieni post fl-istaġuni 1954–55 u 2009–10. Huma rebħu tliet Tazzi Belġjani. Gent bdew jilgħabu l-logħbiet tagħhom f'Jules Ottenstadion ġewwa Gentbrugge mill-1920. Il-klabb ppjana pass ġdid biex jibni grawnd ġdid Ghelamco Arena wara l-istaġun 2012–13. Regolarment, huma jilagħbu bi flok blu u abjad. L-isponsor prinċipali huwa l-istituzzjoni finanzjarja VDK.

Id-diviżjoni tal-futbol fetħet fl-1900. Il-laqam tal-klabb huwa De Buffalo's, terminu maħluq wara żjara tal-Buffalo Bill oriġinali kmieni fis-seklu għoxrin. Gent gawdu l-ewwel espliċita fl-ogħla livell fil-futbol Belġjan bejn l-istaġuni 1913–14—1928–29, u t-tieni waħda mill-1936–37 sal-1966–67. Fis-1970ijiet u fit-1980ijiet, il-klabb kellu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjonijiet, iżda ġew lura fl-ogħla livell fl-1989. Il-klabb laħaq il-kwarti tal-finali tal-UEFA Cup 1991-92, li hija l-aħjar kisba tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Storja

1864-1970

Fl-1864 diġà, assoċjazzjoni, imsejħa s-'Société Gymnastique la Gantoise', li kienet assoċjazzjoni sabiex tippromwovi l-ġinnastika, kien fondata. Wara, ċerti friegħi saru indipendenti fl-1891 u t-tim ingħaqad ma' Association Athlétique, li kienet fiha nnifisha għaqda ta' timijiet iżgħar, bħal Racing Club, Running Club, Red Star, a.o. It-tim ġdid ta' fużjoni kien imsejjaħ Association Athlétique La Gantoise, u wara għall-ġinnastika, l-attivitajiet kienu twessgħu għall-atletika, boksing, krikit, ċikliżmu, irpar, ħoki, għawm u tennis. Ukoll it-tim tal-atletika KAA Gent kien fondat.

Fl-aħħar għaxar snin tas-seklu 19, il-futbol kien ġie introdott f'Ghent. Timijiet żgħar differenti daħlu fl-eżistenza u xi ftit ingħaqdu ma Racing Club Gantois fl-1 ta' April 1899, li aktar tard saru l-akbar isfidanti ta' KAA Gent. Biss fl-1900, sezzjoni tal-futbol twaqqfet mill-istudenti ta' College of Melle, li huwa post qrib Ghent. L-ewwel president u wkoll kap tat-tim kien it-tabib Hector Priem. Il-logħob kienu jintlagħbu ġewwa Carpentierplein, li kien jinsab fin-nofs ta' Kortrijksesteenweg, il-Clementinalaan, l-Oostendestraat u l-Astridlaan. Il-plejers setgħu ibidlu l-ħwejjeġ fil-pub "La Demi-Lune". Inizjalment, l-iswed u abjad kien l-kuluri magħżula, iżda fil-31 ta' Ottubru 1900, meta t-tim sar uffiċjalment membru, il-kuluri ġew mibdula fi blu u abjad. Fil-15 ta' Novembru 1900, l-ewwel logħba regolari kienet intlagħbet, kontra Omnium Sporting Club. F'Jannar 1901, il-klabb lagħab kontra t-tim Racing Club Gantois, li kienet f'dak iż-żmien kellhom aktar membri. KAA Gent tilfu l-logħba 10–0. Madankollu, diġà fl-aħħar tas-seklu 19 it-tim kien membru tal-UBSSA (Union Belge des Sociétés de Sports Athlétiques jew Unjoni Belġjana tas-Soċjetà Atletika tal-Isports, u għalkemm Racing Club Gantois kien hemm tim iktar antik fil-belt, KAA Gent irċieva numru bażiku inqas minn Racing Club, li kienu irċievew 11. Mill-1901 l'quddiem, AA La Gantoise lagħbu l-ewwel logħob tagħhom fl-istanzi inferjuri.

It-tim lagħab l-ewwel snin tiegħu l-aktar fit-Tieni Diviżjoni Belġjana, aktar tard fl-Ewwel Diviżjoni. Fl-1904 it-tim mexa lejn Mussenstraat. Fl-1913, l-Espożizzjoni tad-Dinja saret fil-post, u t-tim mexa għall-Albertlaan. Hemmhekk, grawnd tal-futbol, postijiet ta' taħriġ, atletika, galleriji u akkomodazzjoni oħra kienu qed jinbnew. Fid-9 Diċembru 1915, matul l-Ewwel Gwerra, l-istadju inħaraq kompletament u tkisser. Fl-istaġun 1912–13, AA La Gantoise sar ċampjins tat-Tieni Diviżjoni. Fl-1914, it-tim irċieva t-titolu rjali u ġie msejjaħ Association Royale Athlétique La Gantoise, li ġie mqassar għal ARA La Gantoise. Matul l-espożizzjoni tad-dinja, it-tim organizza diversi attivitajiet sportivi. L-ewwel staġun fl-Ewwel Diviżjoni, 1913/14, kien madankollu diffiċli ħafna għat-tim u biss permezz ta' logħba test kontra Standard Club Liégois, degradazzjoni kienet evitata.

Fl-1920, it-tim mexa mill-ġdid, din id-darba għal Gentbrugge, fejn Jules Ottenstadion kien mibni fl-aħħar tal-1920ijiet. La Gantoise waqgħu lura fit-Tieni Diviżjoni u biss fl-1936, huma setgħu jirbħu s-serje tagħhom biex jirritornaw għall-Ewwel Diviżjoni. Fil-1950ijiet, it-tim kien magħruf fl-aqwa perjodu tiegħu. Fl-istaġun 1953–54 spiċċaw it-tielet b'total ugwali ta' punti ma' KFC Malinois u punt wieħed biss taħt iċ-ċampjins RSC Anderlecht. L-istaġun ta' wara, La Gantoise kienu waħidhom fit-tieni post, din id-darba fi tliet punti. Fl-1964 huma rebħu t-Tazza Belġjana (Beker van België), li kienet l-ewwel prezz importanti għat-tim u b'dan il-mod sar l-ewwel tim Belġjan biex jipparteċipaw fit-Tazza l-ġdid tar-rebbieħa tat-tazza nazzjonali. La Gantoise kienu melgħuba fl-ewwel rawnd minn West Ham United. L-1967 kienet sena ħażina għat-tim, wara tliet deċennji niżlu fit-Tieni Diviżjoni. It-tim kien kapaċi jirbaħ is-serje tiegħu u fl-istaġun ta' wara kien lura għal-Ewwel Diviżjoni fl-1968.

1970-preżent

Fl-1971 l-isem tat-tim ġie tradott għall-lingwa Olandiża, u sar "Koninklijke Atletiek Associatie Gent" (komunement magħruf bħala KAA Gent jew AA Gent). Fl-istaġun 1970–71 kien il-bidu tad-deċennju ħażin għal Ghent. Huma kienu ċerti li se jiġu relegati għat-Tieni Diviżjoni sitt logħbiet qabel ma spiċċa l-istaġun, wara t-telfa kontra Club Brugge. Fl-1974, huma kien relegati fit-Tielet Diviżjoni. Gent kienu intemmu l-aħħar u ma setgħux jiżguraw post fil-fażi finali tat-Tieni Diviżjoni. Wara staġun wieħed, reġgħu lura għat-Tieni Diviżjoni, huma damu sal-1980, meta t-tim irritorna fl-Ewwel Diviżjoni. It-1980ijiet sar perjodu ferm aħjar għat-tim. Is-sapporters irritornaw fl-istadju, u t-tim kiseb riżultati tajbin. Fl-1984 huma rebħu t-Tazza Belġjana mill-ġdid, u matul dak il-perjodu t-tim lagħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej erba' darbiet. Fl-istaġun 1986–87, Ghent laħqu t-tielet rawnd fil-UEFA Cup. Fl-1988 it-tim waqa' lura għat-Tieni Diviżjoni għal żmien qasir, iżda grazzi għall-fażi finali, huma kienu kapaċi li jirritornaw għall-Ewwel Diviżjoni wara staġun wieħed. L-irwol kruċjali kien okkupat mill-membru tal-Bord tad-Diretturi, Marc Mortier li kien ikkonsultat il-Prim Ministru tal-Belġju, Wilfried Martens, sabiex jistabbilixxi l-organizzazzjoni jisimha Foot Invest, biex jiksbu lit-tim finanzjarjament lura fi triqithom.. Marc Mortier ġabar aktar minn 50 miljun franki Belġjani (1.25 miljuni ewro) billi sponsorja fi ftit xhur u introduċa VDK Spaarbank bħala l-isponsor ewlieni tat-tim.

Fl-istaġun 1990–91, it-tim lagħab fil-quċċata tal-klassifika għal żmien twil, taħt il-gwida ta' René Vandereycken u plejers bħal Frank Dauwen, Eric Viscaal u Erwin Vandenbergh, imma finalment huwa spiċċaw fit-tielet post. Allura minflok ikkompetu fil-UEFA Champions League, it-tim lagħab fil-UEFA Cup fl-1991. Wara li għelbu lil Lausanne Sports, Eintracht Frankfurt u FC Dynamo Moscow, Ghent lagħbu fil-kwarti tal-finali kontra AFC Ajax. Fis-snin ta' wara, Ghent waqgħu lura għall-postijiet aktar baxxi fil-klassifika. Mill-1994 sal-1997, huma spiċċaw eżatt fil-post ta' fuq ir-relegazzjoni fil-kampjonat. Sa tmiem id-1990ijiet ir-riżultati ttejbu mill-ġdid, u mal-kowċ Trond Sollied, KAA Gent lagħbu fil-futbol Ewropew darb'oħra fl-istaġun 1999–2000. F'dawn il-mumenti, Ghent tilfu bi tqil kontra Ajax, taħt il-kowċ il-ġdid Henk Houwaart. Fl-istaġun ta' wara, Ghent ikkompetew fil-UEFA Intertoto Cup, fejn laħqu s-semi-finali kontra PSG. L-istaġuni ta' wara, ir-riżultati tal-kampjonat varjaw bejn postijiet aktar baxxi, iżda s'issa, huma qatt ma rrnexxilhom jirbħu l-Ewwel Diviżjoni.

Fl-2004, Ghent iffirmaw il-kowċ Georges Leekens. Fl-ewwel staġun tiegħu, hu spiċċa fis-sitt post fil-kompetizzjoni. B'Leekens bħala kowċ, KAA Gent għamlu xi prestazzjonijiet impressjonanti, bħal rebħa 4–1 kontra r-rivali dejjiema Club Brugge fl-1 ta' April 2006. Fl-istaġun 2006–07, minkejja bidu dgħajjef fil-kompetizzjoni, it-tim irnexxielu jilħaq ir-raba' post fl-Ewwel Diviżjoni.

Il-kowċ Georges Leekens ħalla l-intervall tal-istaġun li jmiss għall-Sporting Lokeren. Trond Sollied, it-trejner Norveġiż li kien ta' suċċess kbir seba' snin qabel, laħaq warajh. Taħt il-gwida tiegħu, KAA Gent lagħbu t-tielet finali tat-Tazza, fejn tilfu biss fit-tmiem minn Anderlecht. Sollied telaq lil Ghent darb'oħra wara staġun wieħed, fejn hu mar ma SC Heerenveen. Michel Preud'homme, li kien għadu kemm sar ċampjin tal-Ewwel Diviżjoni ma Standard de Liège, iffirma, flimkien mal-kollegi tiegħu Manu Ferrera u Stan Van Den Buys f'kuntratt għal tliet staġuni. Fl-istaġun 2008–09, it-tim spiċċa fir-raba' post, wara rimonta qawwija fit-tieni parti tal-kompetizzjoni, b'numru ugwali ta' punti ma Club Brugge, li kienu rebħu logħba waħda żejda u spiċċaw it-tielet.

Fl-istaġun 2009–10, kien hemm battalja tqila għat-tieni post fl-Ewwel Diviżjoni bejn AA Gent u Club Brugge u minn jirbaħ din il-battalja jkollu passaġ għall-UEFA Champions League. Huma lagħbu kontra xulxin fit-8 ta' Mejju 2010, Ghent rebħu konvinċenti 6-2 li b'hekk intemmu fit-tieni post. Ġimgħa wara, Ghent ukoll rebħu t-Tazza Belġjana għall-ewwel darba f'26 sena, billi għelbu t-tim ieħor minn Bruges, Cercle Brugge. Fl-24 ta' Mejju, il-kowċ Michel Preud'homme ħabbar li kien iffirma kuntratt ma FC Twente. Huwa ġie sostitwit minn Francky Dury, li kienu iggwida lil Zulte Waregem għal diversi snin. Fl-14 ta' Mejju 2011, wara telfa kontra Genk, kien tħabbar li Franky Dury u KAA Gent qablu jitterminaw il-kuntratt reċiproku ta' Dury.

Fl-10 ta' Ġunju 2011, KAA Gent ħabbru li Trond Sollied ser issir kowċ prinċipali għat-tielet darba. Huwa ġie ppreżentat lill-istampa u ffirma kuntratt għaż-żewġ staġuni li ġejjin.

Unuri

  • L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (1): 2014–15
    • Runners-up (3): 1954–55, 2009–10, 2019-20
  • It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (4): 1912–13, 1935–36, 1967–68, 1979–80
  • Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (1): 1988–89
    • Runners-up (1): 1978–79
  • Tazza Belġjana:
    • Rebbieħa (4): 1963–64, 1983–84, 2009–10, 2021-22
    • Runners-up (2): 2007–08, 2018-19
  • Supercup Belġjana:
    • Rebbieħa: 2015
    • Runners-up (2): 1983–84, 2009–10
  • UEFA Intertoto Cup:
    • Runners-up (2): 2006, 2007

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

Kompetizzjoni A L R P T GF GK
Cup Winners' Cup 2 4 1 1 2 2 5
UEFA Cup 6 24 8 7 9 25 36
UEFA Champions League 1 2 0 0 2 1 6
Intertoto Cup 6 26 10 6 10 28 30
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away
1963–64 UEFA Cup 1 Ġermanja 1. FC Köln 1–1 1–3
1964–65 Cup Winners' Cup 1 Ingilterra West Ham United 0–1 1–1
1966–67 UEFA Cup 2 Franza Girondins Bordeaux 1–0 0–0
3 Skozja Kilmarnock FC 1–2 (Ħs) 0–1
1970–71 UEFA Cup 1R Ġermanja Hamburger SV 0–1 1–7
1982–83 UEFA Cup 1R Netherlands HFC Haarlem 3–3 1–2
1983–84 UEFA Cup 1R Franza RC Lens 1–1 1–2 (Ħs)
1984–85 Cup Winners' Cup 1R Skozja Celtic Glasgow 1–0 0–3
1986–87 UEFA Cup 1 Lussemburgu Jeunesse Esch 1–1 2–1
2 Rumanija Sportul Studenţesc 1–1 3–0
3 Żvezja IFK Göteborg 0–1 0–4
1991–92 UEFA Cup 1 Svizzera Lausanne Sports 0–1 4–1 (Pen)
2 Ġermanja Eintracht Frankfurt 0–0 1–0
3 Russja FC Dynamo Moscow 2–0 0–0
RK Netherlands AFC Ajax 0–0 0–3
2000–01 UEFA Cup K Iżlanda IA Akranes 3–2 3–0
1 Netherlands AFC Ajax 0–6 0–3
2001 UEFA Intertoto Cup 2 Bosnja-Ħerzegovina Čelik Zenica 2–0 0–1
3 Ġermanja Werder Bremen 0–1 3–2
SF Franza Paris St. Germain 0–0 1–7
2002 UEFA Intertoto Cup 2 Repubblika tal-Irlanda St. Patrick's Athletic 2–0 1–3
3 Spanja Málaga CF 1–1 0–3
2004 UEFA Intertoto Cup 1 Iżlanda Fylkir Reykjavik 2–1 1–0
2 Maċedonja ta' Fuq Vardar Skopje 3–4 (Pen) 0–1
2005 UEFA Intertoto Cup 1 Repubblika tal-Irlanda Bohemian FC 3–1 0–1
2 Repubblika Ċeka Tescoma Zlín 1–0 0–0
3 Spanja Valencia CF 0–0 0–2
2006 UEFA Intertoto Cup 3 Svizzera Grasshoppers Zürich 1–1 1–2
2007 UEFA Intertoto Cup 2 Irlanda ta' Fuq Cliftonville FC 2–0 4–0
3 Danimarka Aalborg BK 1–1 1–2
2008–09 UEFA Cup 2K Żvezja Kalmar FF 2–1 0–4
2009–10 UEFA Europa League 2K Bjelorussja Naftan Novopolotsk 1–0 1–2
3K Italja AS Roma 1–7 1–3
2010–11 UEFA Champions League 3K Ukrajna Dynamo Kyiv 1–3 0–3
UEFA Europa League Play-off Netherlands Feyenoord 2–0 0–1
Grupp C Portugall Sporting Clube de Portugal 3–1 1–5
Franza Lille OSC 1–1 0–3
Bulgarija Levski Sofia 1–0 2–3

Plejers notevoli

Belġju

  • Belġju Vital Borkelmans
  • Belġju Thomas Chatelle
  • Belġju Frank Dauwen
  • Belġju Marc Degryse
  • Belġju Michel De Wolf
  • Belġju Frédéric Dupré
  • Belġju Guillaume Gillet
  • Belġju Christophe Grégoire
  • Belġju Frédéric Herpoel
  • Belġju Tony Herreman
  • Belġju Nordin Jbari
  • Belġju Jef Jurion
  • Belġju Nicolas Lombaerts
  • Belġju Ronny Martens
  • Belġju Sandy Martens
  • Belġju Tim Matthys
  • Belġju Dirk Medved
  • Belġju Gaby Mudingayi
  • Belġju Jacky Peeters
  • Belġju Cédric Roussel
  • Belġju Gunther Schepens
  • Belġju Axel Smeets
  • Belġju Erwin Vandenbergh
  • Belġju Marc Van Der Linden
  • Belġju Wouter Vrancken
  • Belġju Stijn Vreven

Alġerija

  • Alġerija Abdelmalek Cherrad
  • Alġerija Nasreddine Kraouche
  • Alġerija Maamar Mamouni

Awstralja

  • Awstralja Stephen Laybutt

Bożnija u Ħerżegovina

  • Bosnja-Ħerzegovina Adnan Čustović
  • Bosnja-Ħerzegovina Suvad Katana

Ċili

  • Ċili Jean Beausejour

Kosta Rika

  • Kosta Rika Randall Azofeifa
  • Kosta Rika Bryan Ruiz

Kroazja

  • Kroazja Dario Smoje

Danimarka

  • Danimarka Søren Busk
  • Danimarka Anders Nielsen

Ekwador

  • Ekwador Jairo Campos

Eġittu

  • Eġittu Ahmed Hossam
  • Eġittu Ahmed Salah Hosny

Ingilterra

  • Ingilterra Francis Joseph
  • Ingilterra John Tudor (1977–79) [1]

Franza

  • Franza Eric Joly
  • Franza Mathieu Verschuère

Greċja

  • Greċja Alexandros Kaklamanos

Ungerija

  • Ungerija Zsolt Petry

Irlanda

  • Repubblika tal-Irlanda Paddy Brennan
  • Repubblika tal-Irlanda Dominic Foley

Iżrael

  • Iżrael Nir Levine
  • Iżrael Gil Vermuth

Marokk

  • Marokk Mbark Boussoufa

Olanda

  • Netherlands Cees Schapendonk
  • Netherlands Toine van Mierlo
  • Netherlands Mark Verkuyl
  • Netherlands Eric Viscaal

Niġerja

  • Niġerja Augustine Eguavoen

Norveġja

  • Norveġja Ole Martin Årst
  • Norveġja Tore André Dahlum
  • Norveġja Morten Pedersen

Peru

  • Perù Gustavo Vassallo

Polonja

  • Polonja Jacek Kazimierski
  • Polonja Marcin Żewłakow

Rumanija

  • Rumanija Alin Stoica

Skozja

  • Skozja Jim Gillespie (1980–82) (1986–??)

Senegal

  • Senegal Khalilou Fadiga
  • Senegal Ibrahima Faye
  • Senegal Sylvain N'Diaye

Serbja

  • Serbja Ivica Dragutinović
  • Serbja Ivica Jaraković
  • Serbja Miloš Marić
  • Serbja Thomas Vasov

Togo

  • Togo Adékambi Olufadé
  • Togo Djima Oyawolé [2]

USA

  • Stati Uniti Mix Diskerud

Veneżwela

  • Veneżwela Roberto Rosales

Jugożlavja

  • Jugożlavja Milan Ružić

Kowċis

  • Belġju Hector Priem (1901–09)
  • Belġju Van Steenkiste (1909–10)
  • Belġju Horta (1910–12)
  • Belġju Bunyan (1912–22)
  • Belġju De Rijke (1922–31)
  • Belġju Staf Pelsmaecker (1931–41)
  • Belġju Hugi Fenichel (1941–42)
  • Awstrija Willy Steyskal (1942–43)
  • Belġju Fons Ferchyer (1943–45)
  • Franza Edmond Delfour (1945–51)
  • Awstrija Karl Mütsch (1951–52)
  • Franza Jules Vandooren (1952–56)
  • Franza Edmond Delfour (1956–59)
  • Franza Jacques Favre (1959–60)
  • Belġju Louis Verstraeten (1960–64)
  • Polonja Max Schirschin (1964–65)
  • Belġju Jules Labot (1965–66)
  • Franza Jules Bigot (1966–67)
  • Franza Jules Vandooren (1967–71)
  • Ungerija István Sztani (1971–73)
  • Belġju Omer Van Boxelaer (1973–74)
  • Belġju Richard Orlans (1974–76)
  • Belġju Freddy Qvick (1976)
  • Belġju Roland Storme (1976–77)
  • Rumanija Norberto Höfling (1977–78)
  • Belġju Léon Nollet (1978–Sept 80)
  • Netherlands Han Grijzenhout (1980–81)
  • Belġju Robert Goethals (1981–Jan 83)
  • Belġju Erwin Vanden Daele (1983–Nov 83)
  • Netherlands Han Grijzenhout (1984–Diċ 86)
  • Netherlands Gérard Bergholtz (1987)
  • Netherlands Ab Fafié (198?–April 88)
  • Belġju Erwin Vandendaele (1988–89)
  • Belġju René Vandereycken (1989–Mar 93)
  • Belġju Walter Meeuws (1993–94)
  • Belġju Lei Clijsters (1994–96)
  • Netherlands Johan Boskamp (Nov 1996–Set 1998)
  • Belġju Herman Vermeulen (provviżorju) (199?–Diċ 98)
  • Norveġja Trond Sollied (Jan 1999–Ġun 2000)
  • Netherlands Henk Houwaart (Lul 2000–Set 2000)
  • Franza Patrick Rémy (Lul 2000–Ġun 2002)
  • Belġju Herman Vermeulen (provviżorju) (2001–02)
  • Netherlands Jan Olde Riekerink (Lul 2002–Nov 2003)
  • Belġju Herman Vermeulen (provviżorju) (Nov 2003–Mejju 2004)
  • Belġju Georges Leekens (Mejju 2004–Ġun 2007)
  • Norveġja Trond Sollied (Lul 2007–Ġun 2008)
  • Belġju Michel Preud'homme (Lul 2008–Ġun 2010)
  • Belġju Francky Dury (Lul 2010–Ġun 2011)
  • Norveġja Trond Sollied (Lul 2011–Ott 2012)
  • Belġju Manu Ferrera (provviżorju) (Ott 2012–Nov 2012)
  • Belġju Bob Peeters (Nov 2012–Jan 2013)
  • Belġju Manu Ferrera (provviżorju) (Jan 2013)
  • Spanja Víctor Fernández (Jan 2013-)

Presidenti

Snin President
1901 Hector Priem
1902-08 Adolphe Dangotte
1908-12 Adolf Gaeremijnck
1912 Hector Priem
1912-13 Jacques Feyerick
1913-29 Pierre Van Bleyenberghe
1929-39 Adrien Stassart
1939-64 Achiel Delongie
1964-67 René Hoste
1967-76 Freddy Mastelinck
1976-85 Albert De Meester
1985-88 Robert Naudts
1988-99 Jean Van Milders
1999-preżent Ivan De Witte

Referenzi

Ħoloq esterni