Vadis Odjidja-Ofoe

Vadis Odjidja-Ofoe
Informazzjoni personali
Isem sħiħVadis Odjidja-Ofoe
Twelid21 ta' Frar 1989 (1989-02-21) (36 sena)
Ghent, Belġju
Tul1.85m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliGent
Numru8
Mixtliet
1994–1999Gent
1999–2007Anderlecht
Karriera professjonali
SninKlabb
2007–2008Anderlecht
2008–2009Hamburger SV
2009–2014Club Brugge
2014–2016Norwich City
2015–2016→ Rotherham United (self)
2016–2017Legia Warsaw
2017–2018Olympiacos
2018–Gent
Tim nazzjonali
2004Belġju U15
2007Belġju U18
2007Belġju U19
2007–2009Belġju U21
2010–2012Belġju

Vadis Odjidja-Ofoe (Gent, 21 ta' Frar 1989) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb Belġjan ta' Gent.

Karriera

Hu ngħaqad mat-tim lokali tiegħu KAA Gent fl-età ta' ħames snin. Huwa lagħab ukoll għal RSC Anderlecht. Odjidja-Ofoe kien parti mit-tim riżerv ta' Anderlecht li rebħu l-kampjonat tar-riżervi (2006–07). Fl-istaġun 2007–08, huwa ġie promoss għall-ewwel tim ta' Anderlecht. Fit-22 ta' Diċembru 2007, Vadis skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-debutt sħiħ tiegħu għal Anderlecht f'logħba kontra RAEC Mons.

F'Jannar 2008, kien iffirma ma Hamburger SV.[1] Fid-9 ta' Jannar 2009, huwa telaq lil Hamburg u mar ma' Club Brugge KV bi prezz ta' 900.000 Ewro wara sena li għamel fil-Bundesliga.[2]

Internazzjonali

Odjidja kien imssejjaħ mat-tim tal-Belġju U23 għall-Olimpjadi tas-Sajf 2008. Huwa ħa sehem f'żewġ logħbiet; rebħa tal-fażi tal-grupp kontra l-ospiti Ċina u f'telfa ta' 4–1 fis-semi-finali kontra n-Niġerja.

F'Novembru 2010, huwa applika għal passaport Ganiż u ssuġġerixxa li huwa jista' jiġi interessat li jirrappreżenta lil Gana fil-futbol internazzjonali fil-futur.[3] Fis-17 ta' Novembru, huwa għamel id-debutt tiegħu għall-Belġju fi ħbiberija internazzjonali kontra r-Russja. Huwa daħal bħala sostitut minflok Eden Hazard fid-90 minuta.

Hu għamel it-tieni dehra tiegħu għall-Belġju f'logħba kwalifikanti tal-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Ażerbajġan f'Marzu 2011, għal darb'oħra ġie bħala sostitut fid-90 minuta, billi ssostitwixxa lil Steven Defour. Fit-tielet ħarġa internazzjonali tiegħu huwa ssostitwixxa lil Defour darb'oħra fit-63 minuta f'logħba tal-Belġju kontra l-Każakstan. Bħala riżultat ta' logħob ta' kwalifiki tal-Kampjonati Ewropej 2012, Odjidja m'għadux eliġibbli biex jilgħab għall-Gana.

Ħajja personali

Huwa għandhu nofs l-oriġini tiegħu mill-Gana,missieru mill-Gana u ommu minn Gent fil-Belġju. Hu jitkellem bl-Olandiż u Franċiż.

Referenzi

  1. ^ "Hamburg bring in Anderlecht prodigy" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-01-04. Miġbur 2009-01-09.
  2. ^ "Bundesliga-Ticker: Die neuesten Infos der 18 Klubs" (bil-Ġermaniż). 2009-01-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-20. Miġbur 2009-01-09.
  3. ^ Coerts, Stefan (2010-11-09). "Club Brugge Star Vadis Odjidja-Ofoe Considering Switching Allegiances to Play for Ghana" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2012-09-01.

Ħoloq esterni