William Shakespeare
William Shakespeare | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Straford-upon-Avon, April 1564 |
Nazzjonalità | Renju tal-Ingilterra |
Residenza | Straford-upon-Avon |
L-ewwel lingwa |
Ingliż modern bikri Ingliż Brittaniku |
Mewt | Straford-upon-Avon, 23 April 1616 (Julian) |
Post tad-dfin | Knisja tat-Trinità Mqaddsa |
Kawża tal-mewt |
kawżi naturali (unknown value mard) |
Familja | |
Missier | John Shakespeare |
Omm | Mary Shakespeare |
Konjuga/i | Anne Hathaway (7 Diċembru 1582 (Julian) - 23 April 1616 (Julian)) |
Ulied | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
King Edward VI School, Stratford-upon-Avon (en) ![]() |
Lingwi |
Ingliż modern bikri Ingliż Brittaniku Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
drammaturgu poeta attur tal-palk kittieb attur konsulent drammaturgu |
Xogħlijiet importanti |
Hamlet (en) ![]() Romeo u Ġuljetta As You Like It (en) ![]() Macbeth Ħolma ta’ Lejla f’Nofs is-Sajf Shakespeare's sonnets (en) ![]() The Taming of the Shrew (en) ![]() The Two Gentlemen of Verona (en) ![]() King John (en) ![]() Richard II (en) ![]() Henry IV, Part 1 (en) ![]() Henry IV, Part 2 (en) ![]() Henry V (en) ![]() Henry VI, Part 1 (en) ![]() Henry VI, Part 2 (en) ![]() Henry VI, Part 3 (en) ![]() Richard III (en) ![]() Henry VIII (en) ![]() Love's Labour's Lost (en) ![]() Il-Merkant ta’ Venezja Much Ado About Nothing (en) ![]() The Merry Wives of Windsor (en) ![]() It-Tnax-il Lejl All's Well That Ends Well (en) ![]() Measure for Measure (en) ![]() Titus Andronicus (en) ![]() Ġulju Ċesri Othello (en) ![]() King Lear (en) ![]() Antony and Cleopatra (en) ![]() Coriolanus (en) ![]() Timon of Athens (en) ![]() Troilus and Cressida (en) ![]() Cymbeline (en) ![]() The Winter's Tale (en) ![]() Pericles, Prince of Tyre (en) ![]() It-Tempesta The Two Noble Kinsmen (en) ![]() The Comedy of Errors (en) ![]() |
Influwenzat minn |
Plautus (en) ![]() Plutarch (en) ![]() Christopher Marlowe Thomas Kyd (en) ![]() Ovidju Seneca (en) ![]() |
Moviment artistiku |
reċta poeżija |
William Shakespeare (Stratford-upon-Avon, 26 ta' April 1564 - Stratford-upon-Avon, 23 ta' April 1616) kien poeta u drammaturgu Ingliż, meqjus bħala l-aqwa kittieb fl-ilsien Ingliż u l-aqwa drammaturgu tad-dinja. Ħafna jsejħulu wkoll il-poeta nazzjonali tal-Ingilterra u l-"Bard of Avon". Ix-xogħlijiet li wasslulna tiegħu jinkludu 38 dramm, 154 sunett, żewġ poeżiji narrattivi twal, u ħafna poeżiji. Id-drammi tiegħu nqalbu fl-ilsna ewlenin kollha tad-dinja u jsiru rappreżentazzjonijiet tagħhom iktar minn ta' kull drammaturgu ieħor fid-dinja.
Ta' 18-il sena, iżżewweġ lil Anne Hathaway, li minnha kellu tliet ulied: Susanna, u t-tewmin Hamnet u Judith. Bejn l-1585 u l-1592, beda karriera mimlija suċċessi f'Londra bħala attur, kittieb u propjetarju bi sħab ta' kumpanija drammatika bl-isem The Lord Chamberlain's Men, iktar tard imsejħa the King's Men. Irtira fi Stratford xi tliet snin qabel ma miet. Billi ftit li xejn jeżisti tagħrif storiku fuq il-ħajja privata tiegħu, tul iż-żmien ħafna spekulaw fuq id-dehra fiżika tiegħu, is-sesswalità tiegħu, it-twemmin reliġjuż tiegħu, u jekk hux tassew il-kitbiet tiegħu kitibhomx hu jew oħrajn.
Shakespeare kiteb ħafna mix-xogħlijiet tiegħu bejn l-1589 u l-1613. Id-drammi tiegħu tal-bidu kienu kummiedji u drammi storiċi, ġeneri li hu għolla għal livell artistiku għoli lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Imbagħad sal-1608 kiteb l-aktar traġedji, fosthom Hamlet, King Lear, Othello, u Macbeth, meqjusin fost l-aqwa xogħlijiet fil-letteratura Ingliża. Fl-aħħar fażi tiegħu, kiteb l-aktar traġikummiedji, magħrufin l-aktar bħala romanzi, u ħadem ma' drammaturgi oħra.
Ħafna mid-drammi tiegħu ġew ippubblikati f'ħajtu. Fl-1623, tnejn milli kienu jaħdmu miegħu ippubblikaw il-First Folio, antoloġija tad-drammi kollha tiegħu ħlief tnejn.
Shakespeare kien poeta u drammaturgu stmat f'ħajtu, imma l-fama kbira li għandu llum ma bediex igawdiha qabel is-seklu 19. Ir-Romantiċi faħħru l-ġenjalità tiegħu u l-Vittorjani tant kienu jadurawh li George Bernard Shaw sejħilha bardolatry. Fis-seklu 20, xogħlijiet ġew riskoperti minn movimenti ġodda. Id-drammi tiegħu għadhom popolari ħafna fi żmienna u kontinwament jiġu studjati, esegwiti, u ri-interpretati f'kuntesti kulturali u politiċi diversi madwar id-dinja.
Drammi ta' Shakespeare
Kummiedji
- Kollox tajjeb li jispiċċa tajjeb (All's Well That Ends Well)
- Hekk Kif Jogħġbok (As You Like It)
- Il-Kummiedja tal-Iżbalji (The Comedy of Errors)
- Mitlufa l-Piena tal-Imħabba (Love's Labour's Lost)
- Qies għal Qies (Measure for Measure)
- Il-Merkant ta’ Venezja (The Merchant of Venice)
- In-Nisa Ferħanin ta' Windsor (The Merry Wives of Windsor)
- Ħolma ta’ Lejla Sajfija (A Midsummer Night's Dream)
- Ħafna Storbju fuq Xejn (Much Ado About Nothing)
- Perikle, Prinċep ta' Tiru
- L-Imqarba Mmansata (The Taming of the Shrew)
- It-Tempesta (The Tempest)
- It-Tnax-il Lejl (Twelfth Night)
- Iż-Żewġ Ġentlomi ta' Verona (The Two Gentlemen of Verona)
- Iż-Żewġ Qraba Nobbli (The Two Noble Kinsmen)
- Ħrafa tax-Xitwa (The Winter's Tale)
Drammi Storiċi
- Ir-Re Ġwanni
- Rikardu II
- Enriku IV, Parti 1
- Enriku IV, Parti 2
- Enriku V
- Enriku VI, Parti 1
- Enriku VI, Parti 2
- Enriku VI, Parti 3
- Rikardu III
- Enriku VIII
Traġedji
- Romeo u Ġuljetta (Romeo and Juliet)
- Korjolanu (Coriolanus)
- Titu Androniku (Titus Andronicus)
- Timon ta' Ateni (Timon of Athens)
- Ġulju Ċesri (Julius Caesar)
- Macbeth
- Hamlet
- Trojlu u Kressida (Troilus and Cressida)
- Ir-Re Lear (King Lear)
- Otello (Othello)
- Antonju u Kleopatra (Antony and Cleopatra)
- Ċimbelinu (Cymbeline)
Traduzzjonijiet għall-Malti
Alfred Palma qaleb għall-Malti ħafna drammi ta' Shakespeare: 1994: Romeo u Ġuljetta; 1995: Il-Merkant ta’ Venezja; 1996: L-Imqarba Mmansata; 1996: Ħolma ta’ Lejla Sajfija; 1996: It-Tempesta; 1996: Il-Kummiedja tal-Iżbalji; 1996: It-Tnax-il Lejl; 1996: Macbeth; 1997: Hekk Kif Jogħġbok; 1997: Hamlet; 1997: Ġulju Ċesri.