Liverpool FC
Isem sħiħ | Liverpool Football Club | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | The Reds | ||
Fundazzjoni | 15 ta' Marzu, 1892 | ||
Grawnd | Anfield, Liverpool | ||
Proprjetarju | Fenway Sports Group (en) | ||
President | Tom Werner | ||
Kowċ | Jürgen Klopp | ||
Kampjonat | Premier League | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Liverpool Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż, ibbażat f'Liverpool, Merseyside, u li jilgħab fil-Premier League. Wieħed mill-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol Ingliż, huma rebħu, flimkien ma' Manchester United, total ta' tmintax-il kampjonat, seba' FA Cups u rekord ta' seba' League Cups. Fuq il-kamp Ewropew, Liverpool rebħu ħames Champions Leagues u tliet Tazzi UEFA.
Liverpool ilhom jilagħbu f'Anfield mill-bidu tagħhom fl-1892, u ġie ammess fil-Football League sena wara. Il-partitarji tal-klabb kienu involuti f'żewġ traġedji kbar. L-ewwel kienet id-diżastru ta' Heysel Stadium fl-1985, li wassal għall-mewt ta' 39 partitarju ta' Juventus. Fl-1989, seħħet l-istraġi ta' Hillsborough, fejn rat il-mewt ta' 96 partitarju ta' Liverpool.
Liverpool għandhom rivalità kbira mat-tim ta' Everton, minħabba li dawn iż-żewġ klabbs huma mill-istess belt. Il-partita bejn dawn it-tnejn tkun waħda mistennija u tissejjaħ id-derby ta' Merseyside. Rivalità oħra kbira hi dik ma' Manchester United minħabba dawn it-tnejn huma l-aktar żewġ timijiet b'suċċessi fl-Ingilterra.
Storja
Fundazzjoni
L-istorja ta' Liverpool hi legata mal-avvenimenti ta' Anfield, il-grawnd tal-klabb. Oriġinarjament, il-grawnd kien użat minn Everton, klabb professjonali ieħor ta' Liverpool, li ġie fundat fl-1878 u kien fost il-fundaturi tal-Football League. Meta Everton raw li r-rata tal-kera kienet għolja, huma ddeċidew li jittrasferixxu għal Goodison Park. Meta ra hekk, Jack Houlding li kien joffri kuntratti ta' kera għal dan il-grawnd, iddeċieda li jiffonda klabb ġdid tal-futbol li rreġistrah taħt l-isem ta' Everton FC and Athletic Ground plc, abbrevjat f'Everton Athletic; però l-Kunsill tal-Futbol (il-kap tal-Football League) ma aċċettax l-iskrizzjoni tal-klabb il-ġdid taħt dak l-isem[1][2] u, b'konsegwenza t'hekk, fil-15 ta' Marzu 1892, l-iskwadra riformata saret taħt l-isem ta' Liverpool Association Football Club, u wara Liverpool Football Club.
L-ewwel president tal-klabb kien John McKenna u l-ewwel att bħala kowċ kien l-akkwist ta' tlettax-il plejer professjonista mill-Iskozja. Liverpool ma daħlux mill-ewwel fil-Football League; dan sar fis-sena ta' wara, u fl-istaġun 1893–94 huma daħlu fit-Tieni Diviżjoni.[1] Fl-aħħar ta' staġun mingħajr telfa,[3] l-iskwadra rebħet il-kampjonat u kienet promossa għall-Ewwel Diviżjoni. Fl-1901 wasal il-mument tal-ewwel minn tmintax-il titlu ta' ċampjin tal-Ingilterra. L-1914 kienet is-sena tal-ewwel finali tat-Tazza Ingliża, li tilfuha 1–0 kontra Burnley.[4]
Wara l-gwerra
It-titlu mirbuħ fl-1947, jidher li kien ta dawl ġdid lill-klabb, imma dan iż-żmien tajjeb ma tantx dam. Serje ta' fallimenti fil-kampjonat ġabu lil Liverpool aktar l-isfel, sakemm fl-1954 sfaw relegati fit-Tieni Diviżjoni wara 61 sena fis-serje massima. Huma damu sebgħa snin fit-Tieni Diviżjoni u dan kien fost l-iktar mument iswed fl-istorja tal-klabb, bit-tim barra mill-aqwa diviżjoni għal numru ta' snin u b'telfa kbira ta' 9–1 kontra Birmingham City f'Diċembru 1954, kif ukoll l-eliminazzjoni fil-kwarti tal-finali tat-Tazza Ingliża 1957 minn Southend United. L-unika konsolazzjoni kienet ir-rebħa ta' 4–0 kontra ċ-ċittadini rivali Everton matul it-Tazza Ingliża 1954–55.
L-era ta' Shankly
Fl-1959 l-Iskoċċiż Billa Shankly kien imsemmi biex jieħu f'idejh Liverpool, fejn l-iskwadra kienet għadha ġejja minn żmien ħażin. Bħal ma ġara qabel, Shankly biex jibda' beda b'ġenerazzjoni ta' żgħażagħ Skoċċiżi.[5] Wieħed mill-aktar famużi kien ċertament Ian St. John, fejn sar mal-ewwel l-favorit tal-pubblika ta' Anfield wara li skorja tripletta kontra Everton fid-debutt bil-flokk aħmar, minkejja t-telfa ta' 4–3 ta' Liverpool. Fi tliet staġuni, Shankly irnexxielu jġib lil Liverpool fl-Ewwel Diviżjoni u bena l-bażi tas-suċċessi futuri: fl-1963–64 wasal is-sitt titlu ta' ċampjins tal-Ingilterra, l-ewwel fi sbatax-il sena, u s-sena ta' wara Liverpool waslu sas-semi-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins.
Fl-1965 kienet is-sena tal-konkwista tal-ewwel Tazza Ingliża, wara li rebħu f'Wembley lil Leeds United 2–1. L-istaġun ta' wara (1966) wasal is-seba' titlu Ingliż, fejn finalment reġgħu poġġew lil Liverpool bħala fost l-aqwa tal-pajjiż, u t-tielet Charity Shield konsekuttiva. Kienu ħmistax, is-snin ta' Bill Shankly taħt il-gwida ta' Liverpool: qabel ma rtira (1974) ħalla lill-klabb fid-dominju kontinentali. Shankly reġa' kabbar is-sens ta' kburija fost il-benjamini ta' Anfield.
Il-konkwista tal-Ewropa
Il-post ta' Shankly bħala kowċ kien il-viċi tiegħu Bob Paisley, li kien l-assistent ta' Shankly matul il-ħmistax-il sena ta' gwida tal-iskwadra.[6] Paisley jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-kowċis b'suċċessi fl-istorja tal-futbol. Paisley kellu skwadra formata u li jagħtu ċerta sigurtà, bħall-gowler Clemence, id-difensuri Neal u Alan Kennedy, il-midfielders Case, Hughes u McDermott, l-attakkanti Ray Kennedy, Toshack, u fuq kollox il-klassi ta' Kevin Keegan, wieħed mill-aqwa talenti tal-futbol Ingliż.
Wara li kisbu t-titlu nazzjonali u t-Tazza UEFA (it-tieni f'erba' snin) fl-1976, il-Liverpool waslu f'Ruma għall-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra il-Borussia Mönchengladbach, li kienet diġà megħluba fit-Tazza UEFA fl-1972. Ir-"Reds" rebħu 3–1 u ġew onorati bħala ċampjins tal-Ewropa għall-ewwel darba, suċċess li rreplikkaw fis-sena ta' wara fil-finali f'Wembley kontra l-Belġjani ta' Clube Brugge.
Keegan, wara dawn is-suċċessi, telaq lil Liverpool fl-1977 biex mar jilgħab fil-Ġermanja ma' Hamburger, u l-post tiegħu kien meħud minn Kenny Dalgish u l-iskwadra kompliet bis-suċċessi: sal-1983, is-sena tal-irtirar, Paisley rebaħ għal darb'oħra t-Tazza taċ-Ċampjins (f'Pariġi fl-1981 kontra Real Madrid), tliet titli nazzjonali, tliet League Cups konsekuttivi u Super Cup Ewropeja. Paisley ħalla lil Liverpool bħala l-aqwa klabb fl-Ingilterra u fl-Ewropa.
Il-wasla ta' Joe Fagan
Anki ma' Fagan, il-Liverpool baqgħu jirbħu: fl-1984 wasal il-ħmistax-il titlu nazzjonali, u fuq kollox, ir-raba' Tazza taċ-Ċampjins, li ntrebħet għal darb'oħra fi Stadio Olimpico ta' Ruma, din id-darba kontra l-iskwadra li kienet qed tilgħab ġewwa darha, ir-Roma: wara li Ray Clemence telaq, Liverpool fdaw il-fiduċja tagħhom f'gowler Afrikan, iż-Żimbabwjan Bruce Grobbelaar. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kienet deċiża bl-għoti tal-penalties (wara li l-partita spiċċat 1–1 wara l-ħin normali, b'gowls ta' Neal u Pruzzo), u f'dak il-mument kien determinanti l'atteġġjament tad-daħk ta' Grobbelaar, li nduna li Conti u Grazziani se jiżbaljaw u b'hekk Liverpool rebħu dan it-titlu Ewropew biex xejjru din it-tazza fl-Ingilterra għar-raba' darba fi tmien staġuni.
Sfortunatament għal Liverpool, is-suċċessi fil-kamp internazzjonali kienu jikkorrispondu ma problemi tal-benjamini kemm fl-Ingilterra u anki madwar l-Ewropa. Proprju l-esperjenza ta' Brussell kienet tagħti suġġeriment lill-UEFA biex ma tilgħabx finali Ewropeja fi grawnd qadim u insigur bħal dak ta' Heysel, imma minkejja l-avviżi l-finali saret fil-belt Belġjana. Fit-Tazza taċ-Ċampjins 1984–85, il-Liverpool laħqu għal darb'oħra l-finali kontra t-tim Taljan ta' Juventus. L-inċidenti li ġraw qabel il-logħba ġabu l-mewt ta' 39 persuna, fosthom benjamini Taljani, Franċiżi, Belġjani u Irlandiżi.[7] B'konsegwenza t'hekk, it-timijiet Ingliżi ġew sospiżi għal ħames snin mill-kompetizzjonijiet Ewropej, fejn għal Liverpool din is-sospiża kienet ta' sitt staġuni. Paisley irtira wara din il-logħba u għall-kronaka din il-logħba spiċċat b'telfa ta' 1–0 għat-tim Ingliż b'gowl skurjat minn Platini permezz ta' penalty.
F'dak il-mument diffiċli, Kenny Dalglish ħa l-inkarigu ta' plejer-kowċ:[8] minkejja li l-iskwadra kienet barra mill-Ewropa, fil-kamp nazzjonali kienet għadha l-aqwa, u rebħet tliet kampjonati, fl-1986, fl-1988 u fl-1990 (sa issal-aħħar wieħed mirbuħ). Is-suċċessi domestiċi, però waqfu wara diżastru ieħor, din id-darba f'Hillsborough Stadium, f'Sheffield, fejn b'kawża ta' żbalji fl-organizazzjoni u loġistiċi, 96 persuna sfaw maqtula.[9]
Biex jiggwida l-klabb, wara Dalglish, żewġ glorji oħra tar-"Reds": l-ewwel Ronnie Moran u wara Graeme Souness, li t-tnejn kienu ċampjins tal-Ewropa f'Ruma fl-1984. Fl-ewwel daħla fl-Ewropa waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA 1991–92 kontra l-Genoa. It-Tazza Ingliża fl-1992 u r-rebħ tal-League Cup fl-1995 reġgħu poġġew fuq saqajn lil Liverpool. Taħt il-gwida ta' Roy Evans (1991–1998) u wara ta' Gérard Houllier (mill-1998), reġa' poġġa lill-klabb fir-ribalta.
Millenju l-ġdid
Il-fatt li l-gwida tal-klabb marret f'idejn kowċ Franċiż ġabet xi ftit ta' xettiċiżmu. Gérard Houllier, li kien iddikjara li Liverpool kien it-tim favorit tiegħu meta kien żgħir, kellu l-kapaċità li jadatta l-plejers tiegħu għall-istil tekniku tiegħu, u b'hekk kellu suċċess mill-ewwel. Ingaġġat għall-ewwel biex jkun ma' Roy Evans bħala kowċ tar-"Reds", il-kowċ Ingliż ma ttollerax ħafna li jkun hemm tmexxija teknika doppja u fl-1999 Evans ħalla lil Houllier waħda biex jiggwida l-iskwadra.
L-isplużjoni ta' Houllier kienet fl-istaġun 2000–01: spiċċa t-tielet fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League u b'hekk Liverpool ġew diretti għat-Tazza UEFA. L-iskwadra bdiet mixja bil-mod imma waħda sigura għall-finali, fejn fost il-vittmi kien hemm Roma, megħluba 2–0 ġewwa darhom b'doppjetta tat-talent Michael Owen, u Barcelona. Il-finali kontra l-Deportivo Alavés intrebħet 5–4 bil-golden goal u, f'Settembru tal-istess sena, waslet ukoll is-Super Cup Ewropeja kontra ċ-ċampjins kontinentali tal-Bayern Munich, li għalqet it-tripletta staġonali li parti minnha kien hemm ukoll il-League Cup.
Is-sena ta' wara Liverpool spiċċaw it-tieni fil-Premier League, fi tmiem ta' staġun iebes fejn ra lil Houllier operat f'qalbu wara attakk tal-qalb waqt il-logħba kontra Leeds United. L-iskwadra, taħt il-viċi tiegħu Phil Thompson, ma laħaqx l-aspettattivi. Fl-2003 waslet titlu tal-League Cup ieħor imma fl-2004, wara perjodu ta' turbolenza u l-ebda ftehim mal-benjamini, Houllier u Liverpool iddeċidew li jisseparaw.[10]
Gwida Spanjola
Rafael Benítez wasal minn Valencia biex ħa post Gérard Houllier, fejn l-Ispanjol kien għadu kemm rebaħ La Liga għat-tieni darba u t-Tazza UEFA. Liverpool spiċċaw fil-ħames post fil-kampjonat. L-istaġun però kellu tmiem sorpriż hekk kif Liverpool rebħu l-ħames Champions League ġewwa Istanbul. Wara li eliminaw lill-favoriti Juventus fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lir-rivali tagħhom Chelsea fis-semi-finali, b'gowl kontroversjali skurjat minn Luis Garcia. Ħafna ripetizzjonijiet tal-gowl ma ġabux konklużjoni jekk il-ballun qabiżx il-linja jew le. Liverpool iltaqgħu kontra l-favoriti Italja AC Milan fil-finali. Liverpool, marru minn taħt 3–0 sal-ewwel taqsima, imma fit-tieni taqsima għamlu rimonta kbira fejn irnexxielhom jiskorjaw tliet gowls biex il-partita spiċċat fil-ħin miżjud. Liverpool ħarġu rebbieħa fil-penalties grazzi għall-gowler Jerzy Dudek.
Ir-rebħ taċ-Champions League assigura li Steven Gerrard kien se jibqa' ma' Liverpool, wara li kien hemm għajdut li kien se jingħaqad ma' Chelsea jew Real Madrid.
Alavolja kienu ċ-ċampjins preżenti, Liverpool kienu qed jirriskjaw li ma jiddefendux t-titlu tagħhom. Il-UEFA kienet tħalli l-massimu ta' erba' timijiet li jgħaddu għaċ-Champions League mill-Ingilterra. Fl-2004–05, ħames timijiet Ingliżi kkwalifikaw għall-kompetizzjoniji skont il-gwida tal-UEFA: Chelsea, Arsenal, Manchester United u Everton, li spiċċaw fl-ewwel erba' postijiet tal-Premier League, u Liverpool li kienu rebħu l-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni waqgħet fuq il-Football Association. L-FA għażlet li teskludi lil Liverpool. Dan il-każ kien solvut mill-UEFA hekk kif din poġġiet lil Liverpool għall-ewwel rawnds tal-kwalfikazzjonijiet tal-edizzjoni 2005–06. Il-UEFA ikkrejat post awtomatiku għar-rebbieħ preċedenti taċ-Champions League u t-Tazza UEFA.
Wara li għaddew mill-fażi tal-kwalifikazzjoni u anki mill-fażi tal-gruppi, id-difiża tat-titlu ta' Liverpool spiċċat meta f'Marzu 2006, huma spiċċaw barra meta tilfu bl-iskor ta' 3–0 kontra t-tim Portugiż ta' SL Benfica.
Bħala rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-2005, Liverpool lagħbu kontra CSKA Moscow fis-Super Cup Ewropeja u rebħu 3–1 wara l-ħin miżjud. Bħala ċampjins tal-Ewropa huma kellhom id-dritt li jipparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja għall-Klabbs li saret fil-Ġappun. Liverpool iltaqgħu fil-finali kontra São Paulo u tilfu b'gowl ta' Mineiro. Fil-partita tliet gowls minn Liverpool kienu mħassra.
Wara li bdew l-FA Cup b'rebħa ta' 5–3 fuq Luton Town, it-tim ta' Benitez rebaħ lir-rivali enterni Manchester United 1–0 f'Anfield fit-18 ta' Frar 2006 b'gowl li wasal fit-85 minuta.[11] Din kienet l-ewwel rebħa fuq l-United f'din il-kompetizzjoni mill-1921. Fil-kwarti tal-finali, huma għelbu lil Birmingham City bi skor konvinċenti ta' 7–0. Dan ir-riżultat kien l-akbar riżultat barra minn darhom li Liverpool qatt ġabu fl-FA Cup.
Fit-22 ta' April 2006, Liverpool rebħu lil Chelsea 2–1 fis-semi-finali, b'gowls ta' John Arne Riise u Luis Garcia. Fil-finali huma rebħu lil West Ham United bil-penalties. Il-ħin normali spiċċa bl-iskor ta' 3-3 bi Steven Gerrard jiskorja gowl inkredibbli fil-91 minuta biex ġab l-iskor indaqs. Fl-għoti tal-penalties huma rebħu 3–1 biex b'hekk rebħu is-seba' titlu ta' din il-kompetizzjoni.
Fl-2005–06 Liverpool kisbu 82 punt fil-Premership [12] – l-akbar total ta' punti minn l-1988 u l-akbar numru ta' punti li tim li spiċċa fit-tielet post qatt kiseb. L-istaġun ta' wara bdiet b'rebħa ta' 2–1 kontra Chelsea FC fil-Community Shield.
Minkejja li kienu eliminati mill-FA Cup u mil-League Cup minn Arsenal, Benitez iggwida lil Liverpool fil-finali taċ-Champions League wara li rebħu 4-1 bil-penalties lil Chelsea wara li spiċċaw pari ta' 1–1. Għal darb'oħra Pepe Reina salva lil Liverpool u tahom il-kwalifikazzjoni għall-finali li kienet se tintlagħab f'Ateni, fil-Greċja. Huma reġgħu ltaqgħu ma' Milan fejn minkejja li ddominaw l-ewwel taqsima, huma sofrew żewġ gowls ta' Filippo Inzaghi li ġew, wieħed f'kull taqsima. Dirk Kuyt naqqas id-distakk fl-aħħar minuta biex l-iskor spiċċa 2–1.
Proprjetarji ġodda
Fis-6 ta' Frar 2007, l-industrijalisti tat-telekomunikazzjoni mill-Istati Uniti George Gillett (proprjetarju tat-tim tal-hockey fuq is-silġ Montreal Canadiens) u Tom Hicks (proprjetarju tat-tim tal-baseball Texas Rangers), akkwistaw il-maġġoranza tal-klabb b'investiment kumplessiv ta' 470 miljun sterlina (720 miljun ewro).[13] Fl-offerta kienu ukoll 215-il miljun sterlina għall-grawnd il-ġdid, li se jinbena fi Stanley Park. Il-proprjetarji l-ġodda ddikjaraw, fil-konferenza stampa tal-preżentazzjoni, li l-istadju jista' jkun imsemmi għal xi sponsor, jekk dan ikun utli biex jaqilgħu l-flus neċessarji biex f'Liverpool iġibu plejer b'valur kull staġun.[14][15]. Wara li biegħ il-kwoti tiegħu ta' propjetà, David Moores m'għadux il-president tal-klabb, fejn postu ħaduh iż-żewġ azzjonisti Statunitensi.
Fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf, Liverpool għamlu l-akkwist, fost l-oħrajn, tal-Ispanjol Fernando Torres mill-Atlético Madrid għal €36 miljun, u l-Olandiż tal-Ajax Ryan Babel għal €17-il miljun.
Fil-UEFA Champions League 2007–08, Liverpool irnexxielhom, minkejja bidu negattiv, jgħaddu mill-fażi tal-gruppi fejn kisbu t-tieni post wara Porto, u qabel Marseille u Beşiktaş. Minkejja li rebħu fir-rawnds ta' wara lill-Inter u Arsenal, huma reġgħu sabu quddiemhom lil Chelsea imma din id-darba t-tim ta' Londra rnexxielhom jirbħulhom u jikkwalifikaw għall-finali. Liverpool spiċċaw staġun ieħor mingħajr trofej.
Plejers famużi
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' plejers ta' Liverpool FC.
Numru ta' plejers ta' prestiġju – kemm Brittaniċi u anki dawk li mhumiex – libsu l-flokk ta' Liverpool. Fost l-ismijiet denji ta' nota nsibu dak tal-gowler mill-Irlanda ta' Fuq Elisha Scott, li hu l-plejer bl-aktar numru ta' staġuni mat-tim, fejn kien bejn il-lasti għal 22 staġun konsekuttiv mill-1912 sal-1934; l-Iskoċċiż Ron Yeats, difensur ċentrali li wasal fi żmien Bill Shankly biex jerġa' jibni d-difiża tal-iskwadra fil-bidu tas-snin sebgħin; l-Ingliż Roger Hunt, li mat-tim nazzjonali kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1966. Fis-snin sebgħin u tmenin kontribut kbir wasal mill-plejer Galliku John Toshack, mill-Iskoċċiż Alan Hansen, rebbieħ ta' tliet Tazez taċ-Champions u l-qalb tat-tim kollu flimkien ma' Dalgish u McDermott, u mill-attakkant Ian Rush. Hu probabbli li l-aktar plejer maħbub mill-benjamini tal-Kop hu Ian Callaghan, idolu għall-klabb hekk kif hu kien twieled f'Liverpool stess, u serva għall-klabb mill-1960 sal-1978 fejn irnexxielu jagħmel 640 preżenza fil-kampjonat mar-"Reds" (b'total kumplessiv ta' 857 preżenzi fil-kompetizzjonijiet kollha), rekord li għadu mhux megħlub.
Fi snin aktar riċenti, kien hemm numru ta' plejers li bdew il-karriera ma' Liverpool, biex wara marru jilagħbu ma' klabbs oħra. Fost dawn insibu lil Steve McManaman (attwalment irtira mil-logħba tal-futbol wara li lagħab ukoll ma' Real Madrid, Robbie Fowler (ittrasferixxa għal Leeds u Manchester City biex wara reġa' ngħaqad mar-"Reds") u Michael Owen (li wkoll ittrasferixxa ma' Real Madrid u attwalment jinsab ma' Newcastle United). Attwalment, il-plejer li jirrapreżenta l-aktar it-tim hu bla dubju ta' xejn il-kaptan Steven Gerrard, nazzjonali Ingliż, li twieled u trabba f'Liverpool u li minn dejjem kien parti mill-klabb.
Kuluri tal-klabb u l-emblema
Il-kuluri tradizzjonali ta' Liverpool huma l-aħmar u l-abjad, bil-flokk ta' darhom li mis-snin sittin baqa' bl-istess kulur aħmar. Fis-snin tal-bidu, meta l-klabb ħa Anfield minn Everton, huma kienu jużaw il-kuluri blu u abjad tat-"Toffees", fejn kienu jilbsu uniformi identika bħal dik tat-tim ta' Everton fl-istess żmien. Sal-1894, Liverpool adottaw il-kulur aħmar, u fl-1901 adottaw ukoll lill-għasfur mitoloġiku Liver Bird, bħala l-emblemma tal-klabb.[16] Għas-sittin sena ta' wara, l-uniformi ta' Liverpool kienet flokk aħmar u xorts abjad, bil-kulur tal-kalzetti li alternaw mas-snin minn ħomor, għal suwed, għal bojod u għal darb'oħra għal dawk ħomor.
Fl-1964, il-kowċ ta' dak iż-żmien Bill Shankly, iddeċieda li jilgħab lit-tim għall-ewwel darba b'uniformi kollha ħamra, għall-partita kontra Anderlecht.
| |||||||||
It-tielet uniformi ta' Liverpool għall-2007–08. |
Il-kuluri ta' Liverpool meta jkunu barra minn darhom huma tradizzjonali jew flokk abjad u xorts iswed jew kollox isfar. Madanakollu, fl-1987 kienet introdotta uniformi kollha griża. Din baqgħet sal-istaġun taċ-ċentinarju 1991–92, meta postha ħaditha kumbinazzjoni ta' flokk aħdar u xorts abjad. Wara diversi kumbinazzjonijiet ta' kuluri fis-snin disgħin, fosthom kulur id-deheb, isfar ċar, iswed u griż, u ekrù, il-klabb iddeċċiedda fil-millenju l-ġdid f'mudell li jalterna l-isfar mal-abjad kull sena.[17]
L-uniformi kurrenti hi ddisinjati mill-adidas,[18] li għamlet ukoll l-uniformi tat-tim bejn l-1985 u l-1996. Il-flokkijiet l-oħra li huma milbusa mill-klabb u li huma sponsorjati kienu magħmula minn Umbro sal-1985, u Reebok għal għaxar staġuni mill-1996.[19] L-uniformi kurrenti meta jkunu barra minn darhom hi flokk abjad, xorts iswe u kalzetti bojod. Hemm ukoll it-tielet uniformi li hi kollha sewda, iddisinjata primarjament għal-logħob barra minn darhom fiċ-Champions League, imma hi wżata wkoll fil-logħob domestiku meta tim ikollu wkoll l-istess kuluri ħomor u bojod.
Liverpool kienu l-ewwel klabb professjonista Brittaniku li libes logo tal-isponsor fuq il-flokkijiet tagħhom.[20] Minn dakinhar sa issa, il-klabb kellu relattivament ftit varjazzjoni f'negozjati ta' sponsorizzazzjoni.
L-emblema kurrenti ta' Liverpool hi bbażata madwar il-Liver Bird tradizzjonali, li hu pożizzjonat f'tarka. Fuq it-tarka hi rappreżentazzjoni tad-daħla għal Anfield dedikata lil Bill Shankly u miktub fiha hemm "You'll Never Walk Alone" (Qatt ma timxu waħedkhom), li hu anki t-titlu tal-innu uffiċjali. Iż-żewġ fjammi fuq kull naħa huma bħala tifkira għall-vittmi fid-diżastru ta' Hillsborough.[21]
Grawnd
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Anfield.
Il-grawnd uffiċjali għall-partiti ta' Liverpool ġewwa darhom huwa Anfield, wieħed mill-grawnds l-aktar rispettati u mħarsa fid-dinja hekk kif dan għandu tradizzjoni sportiva kbira mibnija matul snin ta' rebħiet f'diversi kompetizzjonijiet maġġuri kontinentali. Dan jinsab fit-triq li ġġib l-istess isem (Anfield Road) u ilu bħal l-grawnd tat-tim mill-1892. Matul iż-żmien ġie ristrutturat diversi drabi.
Staff tekniku
- Sal-1 ta' Frar 2011.[22]
Isem | Rwol |
---|---|
Kenny Dalglish | Kowċ |
Colin Pascoe | Assistent Kowċ |
Mike Marsh | Kowċ tal-Ewwel Tim |
John Achterberg | Kowċ tal-Gowlkipers |
John McMahon | Kowċ tar-Riservi |
Zaf Iqbal | Tabib tal-Klabb |
Kowċis
Unuri
Kompetizzjonijiet domestiċi
- Kampjonat Ingliż: 18
- 1900–01, 1905–06, 1921–22, 1922–23, 1946–47, 1963–64, 1965–66, 1972–73, 1975–76, 1976–77, 1978–79, 1979–80, 1981–82, 1982–83, 1983–84, 1985–86, 1987–88, 1989–90
- Kampjonat Ingliż tat-Tieni Diviżjoni: 4
- 1893–94, 1895–96, 1904–05, 1961–62
- Lancashire League: 1
- 1892–93
- Tazza Ingliża: 7
- 1965, 1974, 1986, 1989, 1992, 2001, 2006
- Tazza tal-Kampjonat Ingliż: 8
- 1981, 1982, 1983, 1984, 1995, 2001, 2003, 2012
- 1964, 1965, 1966, 1974, 1976, 1977, 1979, 1980, 1982, 1986, 1988, 1989, 1990, 2001, 2006
- Screen Sport Super Cup[24]: 1
- 1986
Kompetizzjonijiet internazzjonali
- 1977, 1978, 1981, 1984, 2005
- Tazza UEFA: 3
- 1973, 1976, 2001
- Super Cup Ewropeja: 3
- 1977, 2001, 2005
Biblijografija
- Graham, Matthew. Liverpool. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1985. ISBN 0-600-50254-6.
- Liversedge, Stan. Liverpool:The Official Centenary History. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1991. ISBN 0-600-57308-7.
- Ponting, Ivan. Liverpool In Europe. Guinness Publishing. 1992. ISBN 0-85112-569-7.
- Ponting, Ivan. Liverpool Player by Player. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1998. ISBN 0-600-59493-9.
Referenzi
- ^ a b . Berg. ISBN 1-85973-303-4. Parametru mhux magħruf
|chapter=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|editor=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|location=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "LFC Story" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ lfchistory.net (ed.). "2nd Division League table for the 1893-1894 season" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ lfchistory.net (ed.). "Liverpool in the FA Cup - Season by Season" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ . Mainstream. ISBN 1-84018-493-0. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|location=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ . HarperCollins. ISBN 0-00-218907-0. Parametru mhux magħruf
|last=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|location=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|first=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna)pġ 86 - ^ BBC News (ed.). "On This Day - 1985: Fans die in Heysel rioting" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "Profile of Kenny Dalglish" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ BBC News (ed.). "On This Day - 15th April 1989: Soccer fans crushed at Hillsborough" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Phil McNulty (24-05-2004). BBC (ed.). "Houllier to leave Liverpool" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Liverpool dump United out of FA Cup (Ingliż), www.rte.ie
- ^ Statistika ta' Liverpool FC (Ingliż), stats.football365.com
- ^ Shareholders accepted American takeover bid, (Ingliż)
- ^ US pair agree Liverpool takeover (Ingliż), BBC
- ^ US business duo at Liverpool helm (Ingliż), BBC
- ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "LFC Story" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ liverweb.org.uk (ed.). "Club Colours - Away kit pictures" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ adidas.com (ed.). "Back on home turf, as adidas returns to Liverpool" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "History of Liverpool's kits" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ guardian.co.uk (ed.). "The Knowledge - Has a streaker ever scored?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "Hillsborough" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ Cite warning:
<ref>
tag with nameSkwadra u Staff
cannot be previewed because it is defined outside the current section or not defined at all. - ^ It-trofew kien magħruf bħala Charity Shield sal-2002, u wara beda jissejjaħ Community Shield sa issa.
- ^ Introdotta wara li timijiet Ingliżi kienu sospiżi milli jilgħabu fil-kompetizzjonijiet Ewropej
- ^ Sal-1992, l-ikbar kompetizzjoni Ewropeja għall-klabbs kienet tissejjaħ Tazza taċ-Ċampjins; minn dakinhar 'l hawn, saret tissejjaħ UEFA Champions League.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Liverpool FC |
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Category:Liverpool FC |
- (EN) Sit uffiċjali
- (EN) LFCHistory.net – Artikli u statistika dwar Liverpool FC