Ġerusalemm
Ġerusalemm | |
---|---|
Iżrael | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Iżrael |
Districts of Israel | Distrett ta' Ġerusalemm |
Kap tal-Gvern | Moshe Lion (en) |
Isem uffiċjali |
ירושלים القدس أورشليم |
Ismijiet oriġinali |
ירושלים القدس |
Kodiċi postali |
91000–91999 |
Ġeografija | |
Koordinati | 31°46′44″N 35°13′32″E / 31.7789°N 35.2256°EKoordinati: 31°46′44″N 35°13′32″E / 31.7789°N 35.2256°E |
Superfiċjenti | 125.42 kilometru kwadru |
Għoli | 754 m |
Fruntieri ma' | Ramat Rachel (en) , Mevaseret Zion (en) , Beit Zayit (en) , Hizma (en) , Al-Ram (en) , Ramallah, Even Sapir (en) , Beit Yala (en) , Abu Dis (en) , Ora (en) u Betlem |
Demografija | |
Popolazzjoni | 936,425 abitanti (2019) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 4 millennium "BCE" |
Kodiċi tat-telefon |
2 |
Żona tal-Ħin | UTC+2 |
bliet ġemellati | Belt ta' New York, Ayabe, Praga, Rio de Janeiro, Cusco, Fes, Bratislava, Kjivu Tbilisi |
jerusalem.muni.il |
Ġerusalemm (/dʒəˈruːsələm/; bl-Ebrajk: יְרוּשָׁלַיִם Yerushaláyim; bl-Għarbi: القُدس Al‑Quds) hija belt fil-Punent tal-Asja. Tinsab fuq promontorju fil-muntanji ta' Ġudea bejn il-Mediterran u l-Baħar Mejjet, u hija waħda mill-eqdem bliet fid-dinja. Titqies bħala belt imqaddsa għat-tliet reliġjonijiet Abramiċi ewlenin: il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam. Kemm Iżrael kif ukoll il-Palestina jsostnu li Ġerusalemm hi l-belt kapitali tagħhom peress li Iżrael għandha l-istituzzjonijiet governattivi primarji hemmhekk u l-Palestina finalment tipprevediha bħala s-sede tal-poter tagħha. Minħabba dan it-tilwim, ma hemm l-ebda rikonoxximent internazzjonali wiesa' li jxaqleb lejn naħa jew oħra.
Matul l-istorja twila tagħha, Ġerusalemm inqerdet mill-inqas darbtejn, ġiet assedjata 23 darba, inħatfet u nħatfet mill-ġdid 44 darba, u ġiet attakkata 52 darba.[1] Il-parti ta' Ġerusalemm imsejħa l-Belt ta' David kellha l-ewwel sinjali ta' insedjament fir-raba' millenju Q.K., fl-għamla ta' kampijiet ta' rgħajja nomadiċi.[2] Matul il-perjodu tal-Kananiti (is-seklu 14 Q.K.), Ġerusalemm ġiet imsejħa Urusalim fuq it-tavli Eġizzjani tal-qedem, li x'aktarx kienet tfisser il-"Belt ta' Shalem" b'dedika għal divinità Kananita. Matul il-perjodu tal-Iżraeliti, fis-seklu 9 Q.K. (Żmien il-Ħadid II) bdiet attività sinifikanti ta' kostruzzjoni f'Ġerusalemm, u sas-seklu 8 Q.K., il-belt kienet żviluppat f'ċentru reliġjuż u amministrattiv tar-Renju ta' Ġuda.[3] Fl-1538, is-swar tal-belt inbnew mill-ġdid għall-aħħar darba madwar il-belt ta' Ġerusalemm taħt Suleiman il-Manjifiku tal-Imperu Ottoman. Illum il-ġurnata dawk is-swar jiddefinixxu ċ-ċentru storiku tal-belt, li tradizzjonalment ġiet maqsuma f'erba' kwartieri – magħrufa mill-bidu tas-seklu 19 bħala l-kwartieri Armeni, Kristjani, Lhud u Musulmani.[4] Iċ-ċentru storiku u s-swar saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981[5], u attwalment tinsab fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu. Mill-1860, Ġerusalemm kibret ferm lil hinn mill-konfini taċ-ċentru storiku. Fl-2022, Ġerusalemm kellha popolazzjoni ta' madwar 971,800 resident, li minnhom kważi 60 % kienu Lhud u kważi 40 % kienu Palestinjani.[6] Fl-2020, il-popolazzjoni kienet ta' 951,100 resident, li minnhom 570,100 ruħ kienu Lhud (59.9 %), 353,800 ruħ kienu Musulmani (37.2 %), 16,300 ruħ kienu Kristjani (1.7 %), u 10,800 ruħ ma kinux ikklassifikati (1.1 %).[7]
Skont il-Bibbja bl-Ebrajk, ir-Re David ħakem il-belt mill-Ġebużiti u stabbiliha bħala l-belt kapitali tar-Renju Unit ta' Iżrael, u ibnu, ir-Re Salamun, ikkummissjona l-bini tal-Ewwel Tempju. L-istudjużi moderni jargumentaw li l-Lhud tnisslu minn fergħa tal-popli u tal-kulturi Kananiti permezz tal-iżvilupp ta' reliġjon monolatrija — u iktar 'il quddiem monoteistika — distinta ċċentrata fuq El/Yahweh.[8][9] Dawn l-avvenimenti tal-istabbiliment tal-belt, lejn il-bidu tal-ewwel millenju Q.K., kellhom importanza simbolika ċentrali għall-poplu Lhudi.[10][11][12][13][14] Il-laqam tal-belt imqaddsa (bl-Ebrajk: עיר הקודש, b'ittri Rumani: 'Ir ha-Qodesh) x'aktarx li ngħata lil Ġerusalemm fiż-żminijiet ta' wara l-eżilju.[15][16][17] Il-qdusija ta' Ġerusalemm fil-Kristjaneżmu, ikkonservata fit-traduzzjoni bil-Grieg tal-Bibbja bl-Ebrajk[18], li l-Kristjani adottaw bħala t-"Testment il-Ġdid" tagħhom stess, ġiet imsaħħa permezz tal-ġrajja tat-Testment il-Ġdid[19] li tirrakkonta li Ġesù ssallab u rxoxta hemmhekk. Fl-Iżlam Sunni, Ġerusalemm hija t-tielet l-iktar belt imqaddsa, wara Mekka u Medina.[20][21][22][23] Il-belt kienet l-ewwel qibla, id-direzzjoni standard għat-talb tal-Musulmani (salah)[24], u skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammed għamel il-Vjaġġ ta' Billejl tiegħu hemmhekk fis-621, u skont il-Koran tela' l-ġenna fejn tkellem ma' Alla.[25][26] Minħabba f'hekk, minkejja li għandha erja ta' 0.9 km2 (3⁄8 ta' mil kwadru) biss[27], fiċ-ċentru storiku tal-belt hemm bosta siti ta' importanza reliġjuża fundamentali, fosthom l-Għolja tat-Tempju, il-Ħajt tal-Punent, il-Koppla tal-Blat, il-Moskea ta' al-Aqsa, u l-Knisja tas-Sepolkru Mqaddes.
Illum il-ġurnata, l-istatus ta' Ġerusalemm għadu wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin fil-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Matul il-Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael fl-1948, il-Punent ta' Ġerusalemm kien fost iż-żoni li nħatfu u iktar 'il quddiem ġew annessi ma' Iżrael, filwaqt li l-Lvant ta' Ġerusalemm, inkluż iċ-ċentru storiku tal-belt, inħatfet u iktar 'il quddiem ġiet annessa mal-Ġordan. Iżrael ħatfet il-Lvant ta' Ġerusalemm mill-Ġordan matul il-Gwerra ta' Sitt Ijiem tal-1967 u sussegwentement irnexxielha tannettiha f'Ġerusalemm, flimkien mat-territorju addizzjonali tal-madwar. Waħda mil-Liġijiet Bażiċi ta' Iżrael, il-Liġi ta' Ġerusalemm tal-1980, tirreferi għal Ġerusalemm bħala l-belt kapitali mhux maqsuma tal-pajjiż. Il-fergħat kollha tal-gvern ta' Iżrael jinsabu f'Ġerusalemm, inkluż il-Knesset (il-Parlament ta' Iżrael), ir-residenzi tal-Prim Ministru (Beit Aghion) u l-President (Beit HaNassi), u l-Qorti Suprema. Il-komunità internazzjonali tirrifjuta l-annessjoni u tqisha bħala illegali, filwaqt li tittratta l-Lvant ta' Ġerusalemm bħala territorju Palestinjan okkupat minn Iżrael.[28][29][30][31]
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Antika u s-Swar ta' Ġerusalemm ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[5]
Relazzjonijiet internazzjonali
Ġerusalemm hija ġemellata ma':
- Praga, ir-Repubblika Ċeka;
- Ayabe, il-Ġappun;
- Belt ta' New York, l-Istati Uniti (mill-1993).
Ġerusalemm hija msieħba ma':
Referenzi
Preview of references
- ^ "March/April 2008-Jerusalem". web.archive.org. 2008-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-03. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "One moment, please..." web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-15. Miġbur 2023-03-16.
- ^ Moore, Megan Bishop; Kelle, Brad E. (2011). Biblical History and Israel's Past: The Changing Study of the Bible and History. Wm. B. Eerdmans Publishing. ISBN 978-0802862600.
- ^ Ben-Arieh, Yehoshua (1984). Jerusalem in the 19th Century, The Old City. Yad Izhak Ben Zvi & St. Martin's Press. p. 14. ISBN 0-312-44187-8.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Jerusalem and its Walls". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Selected Data on the Occasion of Jerusalem Day, 2022". www.cbs.gov.il (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Table III/9 - Population in Israel and in Jerusalem, by Religion, 1988 - 2020" (PDF).
- ^ Tubb, 1998. pp. 13–14.
- ^ Rendsberg, Gary (2008). "Israel without the Bible". In Frederick E. Greenspahn. The Hebrew Bible: New Insights and Scholarship. NYU Press, pp. 3–5.
- ^ Roger Friedland, Richard D. Hecht. To Rule Jerusalem, University of California Press, 2000, p. 8. ISBN 0-520-22092-7.
- ^ Leslie J. Hoppe. The Holy City: Jerusalem in the theology of the Old Testament, Liturgical Press, 2000, p. 6. ISBN 0-8146-5081-3.
- ^ Mitchell Geoffrey Bard, The Complete Idiot's Guide to the Middle East Conflict, Alpha Books, 2002, p. 330. ISBN 0-02-864410-7.
- ^ "Jerusalem became the center of the Jewish people some 3,000 years ago" Moshe Maoz, Sari Nusseibeh, Jerusalem: Points of Friction – And Beyond, Brill Academic Publishers, 2000, p. 1. ISBN 90-411-8843-6.
- ^ ""Basic Facts you should know: Jerusalem". Anti-Defamation League. 2007". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-08.
- ^ Reinoud Oosting, The Role of Zion/Jerusalem in Isaiah 40–55: A Corpus-Linguistic Approach, p. 117, at Google Books Brill 2012 pp. 117–18.
- ^ Shalom M. Paul, Isaiah 40–66, p. 306.
- ^ "The Bible and Interpretation". web.archive.org. 2013-10-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-11. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Iżaija 52:1 πόλις ἡ ἁγία.
- ^ Joseph T. Lienhard, The Bible, the Church, and Authority: The Canon of the Christian Bible in History and Theology, Liturgical Press, 1995 pp. 65–66.
- ^ Esposito, John L. (2002). What Everyone Needs to Know about Islam. Oxford University Press. p. 157. ISBN 0-19-515713-3.
- ^ Brown, Leon Carl (2000). "Setting the Stage: Islam and Muslims". Religion and State: The Muslim Approach to Politics. Columbia University Press. p. 11. ISBN 0-231-12038-9.
- ^ Hoppe, Leslie J. (2000). The Holy City: Jerusalem in the Theology of the Old Testament. Michael Glazier Books. p. 14. ISBN 0-8146-5081-3.
- ^ Middle East peace plans by Willard A. Beling.
- ^ Lewis, Bernard; Holt, P. M.; Lambton, Ann, eds. (1986). Cambridge History of Islam. Cambridge University Press.
- ^ Il-Koran 17:1-3.
- ^ Buchanan, Allen (2004). States, Nations, and Borders: The Ethics of Making Boundaries. Cambridge University Press. ISBN 0-521-52575-6.
- ^ Kollek, Teddy (1977). "Afterword". In John Phillips (ed.). A Will to Survive – Israel: the Faces of the Terror 1948-the Faces of Hope Today. Dial Press/James Wade.
- ^ "S/RES/298 (1971) of 25 September 1971". web.archive.org. 2013-08-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-19. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "L-istatus ta' Ġerusalemm" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-08-08. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Israel backs East Jerusalem homes" (bl-Ingliż). 2010-02-26. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Israel plans 1,300 East Jerusalem Jewish settler homes" (bl-Ingliż). 2010-11-08. Miġbur 2023-03-16.